gov.mt

pr221640

PR221640

26/11/2022

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta' 'glycidyl fatty acid esters'.

 

'Glycidyl fatty acids esters' huma komposti li jistgħu jitkissru fil-passaġġ gastro-intestinali u jsiru 'glycidol'. L-Awtorità tas-Sigurtà tal-Ikel fl-Ewropa (EFSA) ikkonkludiet li 'glycidol' huwa ġenotossiku u karċinoġenu.

 

Isem tal-prodott fuq il-pakkett:Pure Vegetable Ghee
Ditta:Vita
Volum:Litru
Data tad-durabbiltà:09.05.2024
Lott:PD: 09.05.2022 (C) / PN119
Oriġini:Turkija
 

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.​​