Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm taħt il-lukandi fil-viċinanzi tal-Ġonna ta' Pembroke kif immarkat bl-isfar fil-Figura 1 hija tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż kontra l-għawm f'din iż-żona qed jiġi rtirat.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel id-Direttorat għas-Saħħa Ambjenta fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mis-7:30 ta' filgħodu sat-3:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq [email protected] u [email protected]. Il-pubbliku jista' wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.
Il-pubbliku qed jiġi mistieden ukoll jaċċessa l-paġna tad-Direttorat fuq Facebook fuq http://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626 jew https://healthservices.gov.mt/en/environmental/Health -Inspectorate/WRAU/Pages/Bathing-Water-Press-Releases.aspx websajt uffiċjali għal informazzjoni simili.

Figure 1: żona tal-għawm taħt il-lukandi fil-viċinanzi tal-Ġonna ta' Pembroke kif immarkat bl-isfar.