PR231812

21/11/2023

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL

​​​

Il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol jilqa' l-kummenti pożittivi tal-Kummissjoni Ewropea dwar kif l-ekonomija Maltija se tibqa' tikber u kif iż-żieda fl-ispiża hi waħda sostenibbli u skont ir-regoli Ewropej. ​

Fl-istess waqt, kif ġie nnutat mill-Kummissjoni Ewropea stess, qed ikompli l-investiment pubbliku.

Il-Gvern Malti jemmen li dawn ir-riżultati huma wkoll dovuti għall-għajnuna fis-settur tal-enerġija. Ma jistax ikun hemm progress ekonomiku u soċjali mingħajr l-għajnuna f'dan is-settur.

Kif ġie spjegat fil-Budget, filwaqt li fl-immedjat il-gvern qed jgħin bis-sussidji, għal li ġej qed jaħdem u jimplimenta pjan wiesgħa għas-settur tal-enerġija.