Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

MFIN

10/07/2020

Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna pparteċipa f'vidjokonferenza tal-ECOFIN

​​​​​Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna pparteċipa f'vidjokonferenza tal-ECOFIN, fejn fiha l-Ministru għall-Finanzi Ġermaniż Olaf Scholz ippreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza fl-oqsma li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kunsill tal-ECOFIN. Il-Ministri għall-Finanzi tal-istati membri taw ħarsa lejn it-tbassir ekonomiku li ġie mħabbar riċentament mill-Kummissjoni u mill-Bank Ċentrali Ewropew, kif ukoll ħarsa lejn il-progress li sar fuq livell Ewropew dwar il-miżuri mħabbra biex jirrispondu għall-kriżi li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19. Fl-aħħarnett, il-Ministri ddiskutew ukoll il-futur tal-Capital Markets Union, b'mod partikolari kif din tista' tassisti biex jingħelbu l-konsegwenzi ekonomiċi tal-kriżi tal-COVID-19.

Minister for Finance and Financial Services Edward Scicluna participated in an ECOFIN videoconference, in which the German Finance Minister Olaf Scholz presented the Presidency's priorities in the areas falling under the responsibility of the ECOFIN Council. Finance Ministers looked at the economic forecast recently announced by the Commission and the European Central Bank, as well as an overview of the progress achieved on the measures to respond to the COVID-19 pandemic crisis at European level. Finally, the EU Finance Ministers also discussed the future of the Capital Markets Union, focusing on how this could assist in overcoming the economic consequences of the COVID-19 crisis.​