Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

mtcp

10/07/2020

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli flimkien ma’ Vincent Attard minn Nature Trust attendew għall-installazzjoni ta’ fekruna tal-ħadid f'Wied iż-Żurrieq


Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli flimkien ma' Vincent Attard minn Nature Trust attendew għall-installazzjoni ta' fekruna tal-ħadid f'Wied iż-Żurrieq, bil-għan li titqajjem iżjed kuxjenza dwar il-plastik u l-effetti li jħalli meta jispiċċa fil-baħar. Minbarra li wieħed m'għandux jarmi plastik fil-baħar, huwa mħeġġeġ li jekk jiltaqa' ma' xi forma ta' plastik bħal fliexken tal-plastik, li jdumu mal-450 sena biex jiddiżintegraw, ipoġġiehom f'din il-fekruna tal-ħadid. Il-boroż tal-plastik huma perikolużi wkoll, għax ħafna drabi fekruna taħsbu l-brama li normalment tiekol bil-konsegwenza li tispiċċa tifga fiha. Din il-fekruna tal-ħadid diġà ġiet installata wkoll f'Birżebbuġa, u fil-ġimgħa li ġejja se nkunu qed naraw oħra fil-Mellieħa. Dawn il-fkieren ġew sponsorjati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.​