Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

MTCP

21/05/2020

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli fit-tieni Laqgħa Virtwali Ministerjali tal-Presidenza Kroata tal-Unjoni Ewropea

​Fit-tieni Laqgħa Virtwali Ministerjali tal-Presidenza Kroata tal-Unjoni Ewropea, il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli esprimiet il-pożizzjoni ta' Malta fuq it-turiżmu dwar il-bżonn li jkun hemm protokolli ċari kif qed isir f'pajjiżna fuq numru ta' stabbilimenti. Id-diskussjoni kompliet anki fuq livell Ewropew b'rabta mal-ivvjaġġar meta​ jinfetħu l-ajruporti internazzjonali ta' pajjiżi differenti fejn kien hemm qbil li jrid ikun hemm protokolli ċari ta' kif passiġġier irid jivvjaġġa qabel jaqbad it-titjira.​​