Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

MTCP

22/05/2020

​Il-Ministru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli dalgħodu żaret diversi ristoranti u kafeteriji fil-Belt Valletta

​​​Il-Ministru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli dalgħodu żaret diversi ristoranti u kafeteriji fil-Belt Valletta hekk kif mill-Ġimgħa filgħodu dawn setgħu jerġgħu jiftħu l-bibien għall-pubbliku wara għeluq ta' aktar minn xahrejn minħabba l-Covid-19. Akkumpanjata mis-Segretarju Permanenti Ronald Mizzi  kif ukoll minn uffiċjali għolja mill-Awtorità  Maltija għat-Turiżmu, il-Ministru Farrugia Portelli tkellmet mas-sidien tal-ħwienet fejn dawn kollha esprimew sens ta' sodisfazzjon għall-impenn tal-gvern u tal-Ministeru biex bil-mod il-mod l-industrija tal-catering terġa' tieħu l-ħajja.​