Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

MTCP03102020

03/10/2020

Tħawwlu 15-il siġra taż-żebbuġ biex ifakkru l-memorja tal-ħames żgħażagħ mill-Qrendi li 15-il sena ilu tilfu ħajjithom f'inċident tat-traffiku

​​Nhar it-3 ta' Ottubru 2020, qrib il-Kappella ta' San Mattew fil-Qrendi, tħawwlu 15-il siġra taż-żebbuġ biex ifakkru l-memorja tal-ħames żgħażagħ mill-Qrendi li 15-il sena ilu tilfu ħajjithom f'inċident tat-traffiku. Proġett immexxi minn PARKS MALTA fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Qrendi, fakkar il-memorja ta'  Christian Camilleri, Fabio Magro, Osvaldo Vella, Marco Abdilla u David Sacco. F'din l-okkażjoni, tlaqqgħu l-familjari  ta' dawn il-vittmi biex titfakkar il-memorja ta' dawn iż-żgħażagħ li tilfu ħajjithom fl-1 ta' Ottubru 2005.  Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm il-Ministru Julia Farrugia Portelli flimkien mal-istaff ta' PARKS Malta, l-Amministratur Parrokjali Dun Mario Said, is-Sindku tal-Qrendi David Schembri u l-kunsilliera tal-Kunsill Lokali Qrendi.​