gov.mt

OPM

08/11/2021

Il-Prim Ministru Robert Abela żar is-set tal-film ‘Prizefighter: The Life of Jem Belcher.’

Il-Prim Ministru segwa x-xogħol fuq il-ġbid tal-film, li bħalissa qed fl-aqwa tiegħu, u li fih qed jieħu sehem l-attur ta’ fama internazzjonali, Russell Crowe. ​​

Il-Prim Ministru nnota li din l-industrija qed tibqa’ tiġbed lejn Malta investiment importanti. Fil-fatt, tul il-pandemija ntefqu €95 miljun fuq produzzjonijiet ta’ films f’pajjiżna. Dan hu xhieda tar-reżiljenza li wriet din l-industrija fl-aħħar xhur. 

Il-Prim Ministru awgura lil aktar minn 200 ħaddiem Malti li qed jaħdem f’dan il-film u rringrazzja lill-ħaddiema kollha ta’ din l-industrija li, jekk tinżamm b’saħħitha, se tkompli tattira investiment b’saħħtu u toħloq karrieri u opportunitajiet ġodda. Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, Clayton Bartolo, u mill-Kummissarju għall-Films, Johann Grech.