gov.mt

MISW_PS01

12/11/2021

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ltaqa' b'mod uffiċjali għall-ewwel darba mal-eżekuttiv il-ġdid tal-Kumitat Olimpiku Malti.

​​​​Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ltaqa' b'mod uffiċjali għall-ewwel darba mal-eżekuttiv il-ġdid tal-Kumitat Olimpiku Malti. Matul din il-laqgħa ġew diskussi diversi temi fosthom il-preparamenti għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li se jsiru f'pajjiżna fl-2023. 

Filwaqt li awgura lill-kumitat il-ġdid, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li jħares 'il quddiem biex flimkien ikomplu jibnu fuq it-tajjeb li diġà sar u jkomplu jaħdmu biex jinkisbu iktar riżultati pożittivi għal pajjiżna.