gov.mt

opm

24/05/2022

Fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ ma’ delegazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern fi ħdan il-Parlament Ewropew.

Fil-Berġa ta' Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa' ma' delegazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern fi ħdan il-Parlament Ewropew.

 

Huwa saħaq kif din l-amministrazzjoni tara s-saltna tad-dritt bħala katalista li tattira investiment ta' kwalità u li tikkaratterizza l-proġett Ewropew.

 

Fil-laqgħa l-Prim Ministru spjega r-riformi li saru u li taw prijorità lis-saltna tad-dritt.

 

Fost oħrajn semma l-bidliet fil-ħatriet ta' membri tal-ġudikatura, il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija, u t-tisħiħ tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni.

 

Il-Prim Ministru saħaq li s-saltna tad-dritt huwa suġġett fluwidu u, filwaqt li l-pajjiż għamel ħafna, dejjem fadal xi jsir.

 

Fl-ewwel rimarki li għaddiet fil-laqgħa, l-Ewro Parlamentari Sophie in 't Veld, li mexxiet id-delegazzjoni tal-Kumitat, sostniet li hu ta' pjaċir li qed tiltaqa' mal-Gvern Malti u semmiet it-tisħiħ li sar fir-riżorsi tat-Taqsima ta' Analiżi ta' Intelliġenza Finanzjarja (FIAU).​