gov.mt

MHSR

15/11/2022

​​Il-Ministru Byron Camilleri f’laqgħa mat-tieni Ministru għall-Intern ta’ Singapore Josephine Teo

F’Singapore, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri żamm laqgħa mat-tieni Ministru għall-Intern ta’ Singapore, Josephine Teo.


Tul din il-laqgħa ġew diskussi diversi temi ta’ interess komuni bejn iż-żewġ pajjiżi. Fost dawn, kien hemm il-kontroll tal-fruntieri u l-Protezzjoni Ċivili, fejn ġew spjegati s-sistemi li bihom jaħdmu ż-żewġ pajjiżi rispettivi.

Is-suġġett tal-immigrazzjoni regolari, fost suġġetti oħra, kien diskuss waqt din il-laqgħa b’enfasi fuq l-użu tat-teknoloġija u t-taħriġ tal-ħaddiema li jaħdmu f’dan il-qasam. Fil-fatt, iż-żewġ partijiet qablu li jkun hemm aktar koperazzjoni bejn iz-żewġ pajjizi.

Il-Ministru Byron Camilleri kien akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti, Emmanuel Psaila.