gov.mt

MHSR

16/11/2022

Il-Ministru Byron Camilleri f’laqgħa mad-Deputat Kummissarju għall-Awtorità tal-Immigrazzjoni u l-Kontroll tal-Fruntieri ta’ Singapore


 

F'Singapore, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri żamm laqgħa mad-Deputat Kummissarju għall-Awtorità tal-Immigrazzjoni u l-Kontroll tal-Fruntieri ta' Singapore Cora Chen.

 

Matul din il-laqgħa ġie diskuss ix-xogħol tal-Awtorità tal-Immigrazzjoni u l-Kontroll tal-Fruntieri ta' Singapore, partikolarment il-proċess ta' diġitalizzazzjoni u awtomazzjoni tal-proċessi ta' iċċekkjar fil-fruntieri.

 

Waqt din il-laqgħa ġie spjegat ukoll ix-xogħol li qed tagħmel Malta sabiex tadotta, skont ir-regoli tal-FRONTEX, strateġija fuq numri ta' fronti fosthom l-iċċekkjar fil-fruntieri, is-sorveljanza, l-użu tat-teknoloġija u t-taħriġ tal-uffiċjali responsabbli, fost oħrajn.

 

Fi tmiem il-laqgħa kien hemm qbil li l-partijiet jibqgħu jaqsmu informazzjoni ta' prattiki tajbin f'dan il-qasam, filwaqt li jkun hemm aktar koperazzjoni bejn l-aġenziji involuti fis-settur.​