gov.mt

OPR3

17/11/2022

L-Ambaxxatriċi tal-Montenegro, Milena Šofranac Ljubojević, ippreżentat l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha lill-President George Vella fil-Palazz ta’ Sant’Anton, Ħ’Attard.

Il-President Vella laqa' lill-Ambaxxatriċi Šofranac Ljubojević u awguralha kull suċċess fil-kariga tagħha. Huwa esprima l-interess ta' Malta li tara li r-relazzjonijiet eċċellenti bejn iż-żewġ pajjiżi jkomplu jissaħħu fl-oqsma kollha, inkluż dawk kummerċjali u turistiċi. Matul l-iskambji tagħhom, il-President Vella tenna l-appoġġ li Malta ilha tagħti għal żmien twil lill-prospettiva tal-Montenegro għal adeżjoni mal-UE. Il-President ħeġġeġ lill-awtoritajiet fil-Montenegro biex ikomplu jibnu fuq ir-riformi maħsuba biex iħaffu l-prospetti Ewropej tal-pajjiż. Is-sejbiet tal-aħħar rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tkabbir, li ħareġ f'Ottubru, jixħet dawl pożittiv fuq l-isforzi komprensivi li qegħdin isiru mill-Montenegro fit-triq tiegħu lejn l-adeżjoni mal-UE.

 

Kemm il-President kif ukoll l-Ambaxxatriċi laqgħu s-Summit li jmiss bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent li ser jiġi organizzat mill-Albanija f'Diċembru.

 

Min-naħa tagħha, l-Ambaxxatriċi Šofranac Ljubojević tat spjega dettaljata dwar kif il-Montenegro huwa impenjat bis-sħiħ li jilħaq l-għanijiet tiegħu ta' adeżjoni mal-UE. Hija esprimiet l-apprezzament ta' pajjiżha għall-appoġġ kontinwu ta' Malta f'dan ir-rigward. Qalet ukoll li l-pajjiż huwa allinjat bis-sħiħ mal-pożizzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet tal-UE dwar kwistjonijiet importanti ħafna bħall-gwerra Russa fl-Ukrajna. Barra minn hekk, l-Ambaxxatriċi fissret l-impatt dirett li l-konsegwenzi ta' din il-gwerra qed ikollhom fuq is-setturi tal-investiment u tat-turiżmu tal-Montenegro.

​____ 

 

The Ambassador of Montenegro, Milena Šofranac Ljubojević, presented her Letters of Credence to President George Vella at San Anton Palace, Attard.

 

President Vella welcomed Ambassador Šofranac Ljubojević and wished her well on her tour of duty. He expressed Malta's interest in seeing that the excellent relations between the two countries continue to be enhanced on all fronts, including the commercial and tourism ones. During their exchanges, President Vella reiterated the longstanding support extended by Malta to Montenegro's EU perspective. The President encouraged the authorities in Montenegro to continue building on reforms intended to accelerate the country's European prospects. The findings of the latest European Commission Enlargement Report, issued in October, shed positive light on the comprehensive efforts being made by Montenegro on its path to EU accession.

 

Both the President and the Ambassador welcomed the upcoming EU-Western Balkans Summit that will be hosted by Albania in December.

 

On her part, Ambassador Šofranac Ljubojević gave a detailed explanation on how Montenegro is fully committed to fulfil its EU accession goals. She conveyed her country's appreciation to Malta's continued support in this respect. She further stated that the country is fully aligned to EU positions and statements on very important issues such as the Russian war in Ukraine. Furthermore, the Ambassador expanded upon the direct impact that the consequences of this war are having on Montenegro's investment and tourism sectors.