gov.mt

OPR

18/11/2022

Il-President George Vella u s-Sinjura Miriam Vella laqgħu membri tal-Grupp Barokk minn Kjev, fil-Palazz ta’ Sant’Anton, Ħ’Attard.


Il-grupp kien magħmul mill-komponenti nisa biss peress li l-membri rġiel baqgħu fl-Ukrajna minħabba l-gwerra li għaddejja bħalissa. B'emozzjoni kbira, il-kor kanta l-innu nazzjonali Malti u dak Ukren quddiem il-President u s-Sinjura Vella. Il-President Vella kkumplimenta lill-membri tal-kor għat-talent tagħhom u faħħar il-kuraġġ u l-qlubija tal-poplu Ukren quddiem l-atroċitajiet u d-diffikultajiet li jiffaċċja ta' kuljum. Iż-żjara fil-Palazz ta' Sant'Anton kienet faċilitata mill-Ambaxxatur ta' Malta għall-Ukrajna John Debono u mis-Sinjura Nancy Milesis Romano.


---



President George Vella and Mrs Miriam Vella received members of the Kiev Baroque Consort at Sant'Anton Palace in Attard. The group was composed of only female components as the male concert members stayed behind in Ukraine as a result of the ongoing war. Visibly moved, the choir treated President and Mrs Vella to a rendition of the Maltese and Ukrainian national anthems. President Vella complemented the choir members on their talent and praised the courage and bravery of the people of Ukraine in the face of daily atrocities and adversities. The call at Sant'Anton Palace was facilitated by the Ambassador of Malta to Ukraine, John Debono, and Mrs Nancy Milesis Romano.

​