Din iż-żjara ntalbet mill-istudenti nfushom meta ftit tal-ġimgħat ilu l-prim ministru għamel żjara fuq ix-xogħlijiet estensivi li qed isiru fl-iskola tal-lokalità tagħhom.
L-istudenti mhux biss kellhom l-opportunità li jduru u jifhmu aktar dwar l-istorja tal-Berġa ta' Kastilja u l-użu tagħha llum bħala l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, iżda ddiskutew ukoll mal-Prim Ministru Robert Abela numru ta' suġġetti li huma l-iżjed ta' interess għalihom. Kellhom ukoll l-opportunità li jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom.