Il-Prim Ministru Abela ppreżenta l-midalja tad-deheb lill-atleta ta' Malta, Colette Sultana, il-midalja tal-fidda lill-atleta ta' Malta, Lijana Sultana, u l-midalja tal-bronż lill-atleta tal-Lussemburgu, Sandra Denis. Preżenti għall-għoti tal-midalji kien hemm ukoll il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima.