BDIL TAL-AWGURI TAL-EWWEL TAS-SENA MILL-PRIM MINISTRU U S-SINJURA GONZI

Reference Number: PR 2821, Press Release Issue Date: Dec 30, 2012
 
Il-Prim Ministru, Lawrence Gonzi u s-Sinjura Catherine Gonzi, se jilqghu lill-pubbliku fil-Berga ta' Kastilja biex jawguraw lil xulxin nhar l-Ewwel tas-Sena 2013.

Kull min jixtieq jiltaqa' mal-Prim Ministru u s-Sinjura tieghu nhar l-Ewwel tas-Sena, jista' jaghmel dan fil-Berga ta' Kastilja bejn l-10.30 a.m. u 1.00 p.m., nhar it-Tlieta 1 ta' Jannar 2013.

Waqt li jkun fil-Berga ta' Kastilja, il-pubbliku se jkun jista' jara s-Swali tal-Kabinett u tal-Ambaxxaturi kif ukoll l-Ufficcju tal-Prim Ministru, li se jkunu miftuha ghall-okkazjoni.

Il-Berga ta' Kastilja se tinzamm miftuha wkoll bejn l-6.00 p.m. u s-8.00 p.m., nhar l-Ewwel tas-Sena ghal dawk li jixtiequ jiffirmaw il-Ktieb tal-Vizitaturi.

Ktieb tal-vizitaturi f'Ghawdex

Ghall-konvenjenza tal-pubbliku f'Ghawdex, il-Ktieb tal-Vizitaturi tal-Prim Ministru fl-okkazjoni tal-Ewwel tas-Sena se jkun fl-Ufficcju tal-Ministeru ghal Ghawdex f'dawn il-hinijiet:

It-Tnejn, 31 ta' Dicembru 2012 - bejn it-8.30 a.m. u n-12.30 p.m.

It-Tlieta, 1 ta' Jannar 2013 - bejn it-8.30 a.m. u 12.00 p.m.