BDIL TAL-AWGURI TAL-EWWEL TAS-SENA MILL-PRESIDENT U S-SINJURA ABELA

Reference Number: PR 2823, Press Release Issue Date: Dec 31, 2012
 
​Il-President George Abela u s-Sinjura tiegħu, għada it-Tlieta, l-ewwel tas-Sena, fid-09.30 ta’ filgħodu se jilqgħu
lill-għola awtoritajiet tal-Istat fi bdil ta’ awguri għal sena ġdida fil-Palazz il-Belt.
 
Il-Pubbliku jkun jista’ jgħaddi x-xewqat tiegħu lill-President u lis-Sinjura Abela għada it-Tlieta 1 ta’ Jannar fil-11.15 ta’ filgħodu fil-Palazz il-Belt.