SENA REKORD FIT-TURIZMU

Reference Number: PR 2824, Press Release Issue Date: Dec 31, 2012
 

​Din is-sena kienet sena oħra rekord għat-turiżmu biex b’hekk fl-aħħar sitt snin, pajjiżna kellu ħames
snin rekord b’kull waħda aħjar mill-oħra u b’din is-sena tirreġistra l-aħjar riżultati fl-istorja tat-turiżmu.
Dan tħabbar mill-Ministru għat-Turiżmu, l-Kultura u l-Ambjent, Mario de Marco waqt żjara lill-lukandi
Castille u Phoenicia.
 
Il-Ministru de Marco qal li matul din is-sena pajjiżna kellu riżultati rekord fit-tlett indikaturi ewlenin tatturiżmu
jiġifieri fl-ammont ta’ turisti, f’ljieli li qattgħu Malta u fin-nefqa tagħhom f’pajjiżna. Mario de
Marco qal li hu stmat li din is-sena in-numru ta’ turisti ser ikun qabeż l-ammont ta’ miljun, erba’ mija u

erbgħin elf turist biex b’hekk fl-2012 ġew f’Malta l-ogħla ammont ta’ turisti li qatt ġew f’pajjiżna. Hu

qal li hu stmat li dawn qattgħu aktar minn 12-il-miljun lejl u nefqu aktar minn elf u tlett mitt miljun
ewro (€1.3 biljun). Il-Ministru de Marco qal li din in-nefqa tissarraf f’kummerċ għal diversi setturi talekonomija
ta’ pajjiżna kif ukoll fil-ħolqien ta’ aktar xogħol f’pajjiżna. Mario de Marco irringrazzja lillistakeholders
u lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fis-settur turistiku u sostna li r-riżultati pożittivi intlaħqu
permezz ta’ koperazzjoni effettiva bejn dawk kollha involuti fis-settur turistiku.

Il-Ministru Mario de Marco għamel referenza għall-istatistika ppublikata llum mill-Uffiċċju Nazzjonali
tal-Istatistika (NSO) għax-xahar ta’ Novembru li turi li fi ħdax il-xahar bejn Jannar u Novembru 2012
ġew Malta aktar minn 1.38 miljun turist li jfisser żieda ta’ 23,000 turist fuq l-istess perjodu fl-2011.
Dawn qattgħu kważi 12-il-miljun lejl, żieda ta' aktar minn 768,000 (+ 6.9%) lejl fuq l-istess perjodu fl-
2011 u nefqu kważi €1.3 biljun, żieda ta’ aktar minn €96 miljun (+8.1%) fuq in-nefqa f'Jannar-
Novembru 2011.
 
L-istatistika ppublikata llum mill-NSO turi wkoll li Novembru 2012 kien it-tmien xahar rekord
konsekuttiv din is-sena. F'Novembru ġew Malta 85,491.
 
Il-Ministru de Marco qal li r-rizultati pożittivi huma wkoll frott ta’ strateġija effettiva li wettaq il-Gvern
fis-settur turistiku u li tiffoka fuq aċċessibilita’ aktar wiesgħa lejn pajjiżna permezz ta’ rotot ġodda birrotot
jiżdiedu minn 56 fl-2008 għal 81 din is-sena., investiment fil-prodott turistiku bħal investiment fi
proġetti kapitali, infrastrutturali u fi skemi għal operaturi turistiċi kif ukoll fil-promozzjoni effettiva.
Dawn ir-riżultati iżidu mar-riżultati mħabbra dwar passiġieri li ġew Malta permezz ta’ cruise liner li juru
li f’dan il-qasam is-sena 2012 kienet sena rekord. Fil-fatt huwa stmat li fl-2012 ser ikunu ġew Malta
mas-600,000 passiġier bi cruise liner li huwa l-ogħla numru ta’ passiġieri qatt reġistrat.
 
Il-Ministru de Marco qal li l-Gvern huwa impenjat li jkompli jaħdem id f’id mal-istakeholders u lħaddiema
fis-settur turistiku u li jibqa’ jwettaq politika għaqlija li tissarraf f'tisħiħ tal-ekonomija Maltija
u l-ħolqien ta' aktar impjiegi.