L-ISPEAKER ANĠLU FARRUGIA JILTAQA’ MA’ DELEGAZZJONI MIS-SOĊJETÀ DUN FILIPPO BORGIA

Reference Number: PR2892, Press Release Issue Date: Dec 30, 2013
 
Illum l-Ispeaker Anġlu Farrugia laqa’ fl-uffiċċju tiegħu fil-Palazz il-Belt Valletta, delegazzjoni  mis-Socjetà Dun Filippo Borgia komposta mill-Onor Joe Debono Grech MP, President tas-Soċjetà;  is-Sur Lino Meli, President Onorarju; is-Sur Silvio Azzopardi, Segretarju; in-Nutar Dr. Romina Cuschieri LL.D, Uffiċjal Kultura u Patrimonju; is-Sur Pawlu Vella, Teżorier; u s-Sur Patrick Debono, Membru.  

Waqt din il-laqgħa ġew skambjati l-awguri għas-sena l-ġdida u ġiet diskussa materja li għadha pendenti dwar il-proprjetà li tappartjeni lill-Kolleġjata ta' Birkirkara u l-irwol li għandu l-Parlament f’din l-kwestjoni.