Attività fil-Belt Valletta mill-assoċjazzjoni National Cancer Platform

Reference Number:  , Press Release Issue Date: Feb 03, 2018
 
​Bħala parti mill-attivitajiet li n-National Cancer Platform Association qed torganizza fl-okkażjoni ta’ World Cancer Day, l-għaqdiet membri tal-Assoċjazzjoni flimkien ma’ entitajiet oħrajn ħadu sehem f’attività fil-Belt Valletta bil-għan li jkompli jiżdied l-għarfien fuq dak li nistgħu nagħmlu biex kemm jista’ jkun innaqqsu r-riskju tal-kanċer.
 
Waqt l-attività, il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li aktar ma jiġi identifikat kmieni l-kanċer, aktar hemm ċans ta’ fejqan.