Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ltaqgħet mad-Deputat Prim Ministru tal-Bulgarija responsabbli mir-Riforma Ġudizzjarja u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ekaterina Zakharieva, hekk kif issoktaw l-impenji tagħha fil-Bulgarija

Reference Number:  , Press Release Issue Date: Feb 06, 2018
 

L-adozzjoni tat-tfal mill-Bulgarija kienet waħda mit-temi diskussi waqt din il-laqgħa. Fil-fatt, fi żmien qasir se jkun hemm koperazzjoni tanġibbli bejn Malta u l-Bulgarija fuq dan ir-rigward. Filwaqt li faħħret lill-awtoritajiet Maltin u Bulgari tal-mod pragmatiku li bih mexxew id-diskussjonijiet tagħhom, il-President Coleiro Preca qalet li permezz ta’ din il-koperazzjoni ġdida se jkun hemm punt ta’ aċċess ieħor li permezz tiegħu koppji Maltin li jixtiequ jadottaw ikunu jistgħu jadottaw it-tfal mill-Bulgarija.