Il-Kampanja Love Doesn’t Hurt- Lil Min Tħobb ma Tweġġgħux li tibda minn l-24 ta’ Novembru sa l-10 ta’ Diċembru, 2017.

Il-Kummissjoni għall-Vjolenza Domestika flimkien ma’ diversi organizzazzjonijiet volontarji u Ministeri qiegħda tniedi kampanja b’diversi attivitajiet li huma numerużi u tal-ogħla kwalita’. Attivitajiet li ser ikunu qed jitwettqu tul is-16-il jum ta’ Attiviżmu, li huma kommemorati madwar id-dinja kollha, sabiex tinħoloq kuxjenza kontra kull tip ta’ vjolenza  kontra l-mara. F’Malta ser inkunu qed nikkomemoraw dawn il-ġranet b’attivitajiet magħmulin bi ħsieb u bl-għan aħħari li joħolqu kuxjenza dwar il-problema ta’ vjolenza domestika.  Din hi problema li tmiss ma’ kull qasam tas-soċjetà tagħna u li tista’ tmiss lil kull wieħed u waħda minnha.  Din il-Kampanja hija wkoll innizjalata minn Valletta 18.

Ġie ippreparat  teaser  ta’ kampanja li ser tkun qed tintwera fuq il-facebook page tal-Kummissjoni bl-isem Stopviolencemalta.  Bi tnehdija għall-kampanja u matula ser jkunu qed jittellgħu messaġġi differenti kuljum b’sinjali li jindikaw tipi ta’ vjolenza domestika. Fuq il-paġna ta’ facebook u Instagram ser jittellgħu wkoll promozzjonijiet tal-attivitajiet varji li qed jitħejjew.

Il-Qofol ta’ dawn l-attivitajiet jintlaħaq nhar il-Ħadd, 10 ta’ Diċembru, fejn Dar Merħba Bik bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni u diversi NGOs u organizzazzjonijiet oħra, qed iħejju marċ ta’ solidarjeta’ li ser jitlaq minn Blata l-Bajda minn ħdejn il-MUSEUM u jasal sal-Belt quddiem Kastilja.    Għal min forsi jixtieq jipparteċipa u għal raġuni jew oħra ma jkunx jista’ jingħaqad mal-mixja, ser ikollna l-Banda tal-pulizija li ser tkun qed tanima din l-attivita’.  Nappellaw biex ma’ ħafna oħrajn tattendu għal dan il-miexja ta’ solidarjeta’.​