L-Istorja tal-Gżejjer Maltin

History_1.jpg 

L-istorja tal-Gżejjer Maltin hija rikka u varjata. Fil-fatt, jekk immorru lura 7000 sena għall-5200QK, nibdew bil-wasla tal-ewwel nies fuq din l-art. Dati oħra importanti oħra jinkludu n-Nawfraġju ta’ San Pawl fis-sena 60AD, li timmarka l-wasla tal-Kristjaneżmu fil-Gżejjer, l-Assedju l-Kbir fl-1565, Malta Indipendenti fl-1964, Malta Repubblika fl-1974 u Malta fl-Unjoni Ewropea fl-2004.


Illum hemm ħafna x’titgħallem permezz tal-ħafna siti storiċi mifruxa mal-Gżejjer Maltin. Tista’ żżur diversi postijiet ta’ wirt kulturali u storiku bħalma huma:

   Il-Palazz tal-Granmastru
   Is-Sacra Infermeria
   Il-Katidral ta’ San Ġwann
   Palazzo Falson
   Il-Mużew tal-Arti
   Il-Mużew tal-Gwerra
   Il-Kavallier ta’ San Ġakbu
   Il-Koppla tal-Mosta
   Il-Katakombi ta’ San Pawl u Sant’Agata
   L-Ipoġew, it-Tempji Neolitiċi u Għar Dalam 

Fil-mużewijiet imxerrda ma’ Malta kollha, li jfakkru  u jikkommemoraw kull era li esperjenzaw il-gżejjer Maltin, mill-Preistorja sal-Istorja ta’ Malta matul it-Tieni Gwerra Dinjija, wieħed jista’ japprezza l-passat u l-preżent tant imżewqa ta’ Malta.

Biex tara lista kompluta ta’ postijiet ta’ interess f’Malta u biex issir taf iktar dwar l-istorja ta’ Malta, ikklikkja
hawn.

​​​​​