In-Negozju f'Malta

 

​​
Il-Malta Enterprise hija l-aġenzija nazzjonali tal-iżvilupp responsabbli mill-promozzjoni u l-iffaċilitar tal-investiment internazzjonali f’ Malta. Jekk tixtieq tiftaħ jew tkabbar in-negozju tiegħek, il-Malta Enterprise tista’ tgħinek billi toffrilek opportunitajiet u servizzi mill-aqwa adattati skont il-ħtiġijiet tiegħek.

Il-Malta Enterprise hija responsabbli wkoll mit-tkabbir u l-iżvilupp tan-negozju Malti kemm lokalment kif ukoll barra minn xtutna. Staff professjonali jaħdem id f’id miegħek biex jgħinek tistabbilixxi u tkabbar in-negozju tiegħek, tikseb innovazzjoni fl-attività tiegħek, kif ukoll ikollok aċċess għas-swieq globali.

Business First​ huwa l-punt ta’ kuntatt waħdieni tal-Malta Enterprise intiż għan-negozji. Jeżistu numru ta’ ftehimiet ma’ diversi entitajiet pubbliċi biex in-negozji ġodda kif ukoll dawk stabbiliti jkunu jistgħu japplikaw għal diversi servizzi amministrattivi minn post wieħed.

​​​​​​​​​

Contact Information:

 Malta Enterprise
Malta Enterprise Corporation
Malta Industrial Parks Ltd
Gwardamangia Hill
Pietà MEC 0001
Malta 

 Telephone
2542 0000

 Email