Ġenituri ta’ tfal żgħar li jkunu se jibdew l-iskola

​Parents of Young Children
Ġenituri ta’ tfal żgħar li jkunu se jibdew l-iskola
L-ISKOLA 

Tista’ tagħżel li tibgħat lil uliedek fi skola tal-gvern, privata jew tal-Knisja. Meta tiddeċiedi fejn se tibgħathom, il-pass li jmiss huwa li tirreġistrahom. Dan għandu jkun pass ieħor eċitanti għalik u għall-wild tiegħek. Biex iddaħħal it-tfal l-iskola, xi drabi kulma jkun hemm bżonn huwa li tikkuntattja l-iskola li tkun għażilt u timla l-formoli neċessarji, jew inkella tirreġistrahom fi skola privata. Ikklikkja 
hawn għal pariri dwar il-passi kollha li għandek issegwi biex iddaħħal lit-tfal tiegħek f’waħda mill-iskejjel f’Malta.


IL-PASSATEMPI 

Huwa tajjeb li tipprova tintroduċi xi passatemp għat-tfal billi dan mhux biss jgħinhom ikunu f’saħħithom u jitgħallmu ħiliet ġodda, iżda jgħinhom ukoll jissoċjalizzaw u jwessgħu ċ-ċirku tagħhom lil hinn mill-iskola u l-familja. Il-passatempi jagħtuhom ukoll l-opportunità li jagħmlu ħbieb ġodda u jiskopru t-talenti tagħhom.

Tant hemm benefiċċji marbuta mal-passatempi li impossibbli nsemmuhom kollha hawnhekk. Ħeġġeġ lit-tfal tiegħek jibdew xi attività sportiva biex ikollhom l-opportunità jagħmlu ħafna eżerċizzju filwaqt li jitgħallmu wkoll jagħmlu parti minn tim; eżempji ta’ dawn huma l-futbol jew il-basketball. Jew inkella forsi huma aktar interessati f’xi żfin jew ballet. Dawn ukoll huma ta’ ġid għas-saħħa u jtejbu l-posture. It-tagħlim ta’ strument mużikali huwa mod eċċellenti biex it-tfal jiskopru d-dinja meraviljuża tal-arti u l-mużika u jgħinhom fl-iżvilupp intellettwali tagħhom.


L-IKEL TAJJEB GĦAS-SAĦĦA 

It-tfal jikbru malajr u jeħtieġu ikel tajjeb għas-saħħa, għax ġisimhom ikun għadu qed jiżviluppa. Huwa importanti li sa minn ċkunithom jidraw jieklu ikel bnin biex isibuha iktar faċli li jibqgħu jagħmlu dan meta jikbru. Fost id-drawwiet li tajjeb trawwimhom fihom sa mill-bidu nsibu, pereżempju, dik li jieklu l-ikla tagħhom bil-mod biex ikunu jistgħu jindunaw x’ħin jixbgħu u b’hekk ma jiklux żejjed. Ħaġa oħra li tista’ tagħmel hi li tinvolvihom fix-xiri tal-ikel u fit-tisjir biex jibdew jitgħallmu fiex jikkonsisti l-ikel li jieklu. Ħeġġiġhom jixorbu l-ilma minflok xarbiet mimlija zokkor u tilgħabx bl-ikel bħala kastig għax it-tfal jistgħu jibdew jinkwetaw li se jibqgħu bil-ġuħ!


IT-TROBBIJA TAT-TFAL 

It-trobbija tat-tfal hija esperjenza ta’ sodisfazzjon. Peress li  t-tfal jikbru tant malajr, agħmel l-almu tiegħek kollu biex tqatta’ kemm jista’ jkun ħin magħhom u u biex tagħtihom l-aħjar trobbija sa minn mindu jkunu għadhom żgħar. It-trobbija tat-tfal tfisser li tieħu ħsiebhom meta jkunu ma jifilħux, tgħinhom f’dak li jinkwetahom, u ovvjament, tqatta’ ċertu ħin u anki tilgħab magħhom. Ħu pariri mingħand it-tabib tiegħek u aqra dwar it-tfal, is-saħħa u t-trobbija tagħhom, u tkellem ukoll ma’ ġenituri oħra bħalek u ma’ dawk b’iktar esperjenza minnek.  ​
​​​​​​​​​​​​