DIKJARAZZJONI TA’ DATA PROTETTA – Informazzjoni personali mniżżla fuq l-applikazzjoni tiegħek hi protetta u tinġabar bl-għan waħdieni biex tinżamm u tinħadem għall-ħruġ tal-Access Card. L-informazzjoni personali provduta tiġi proċessata skont il-proviżjonijiet tal-Att Dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001, li kopja tiegħu tinkiseb jekk tintalab. L-ebda informazzjoni mhi se tinħareġ lil entità oħra barra dan id-dipartiment jekk mhux permess bil-liġi. Tista’ tikteb lill-Kontrollur tad-Data ta’ dan id-dipartiment jekk tkun trid taf x’informazzjoni hi miġbura dwarek.
TWISSIJA lill-applikanti – Kull każ ta’ dikjarazzjoni falza, żbaljata jew fatti mistura fuq din il-formola jew dokument ieħor ippreżentat ma’ din l-applikazzjoni, jista’ jwassal għal proċeduri kriminali.