gov.mt

Temporary-Access-Card

Access Card Temporanja 2021/22

L-Access Card Temporanja tinħareġ lil:
  1. Media barranija li se żżur Malta fuq ħidmiet ġurnalistiċi: għandhom jiġu pprovduti ittra ta’ referenza, u press card valida
  2. Freelancers / Applikanti ġodda: Access Card Temporanja hija valida għal massimu ta’ tliet (3) xhur jew tmiem is-sena, liema tiġi l-ewwel. Wara t-tliet xhur l-applikant irid jipprovdi ittra ta’ referenza/i mill-media houses u b’hekk ikun jista’ japplika għal Access Card tad-DOI. Din l-access card temporanja ma tistax tiġġedded wara tliet xhur u tinħareġ darba biss.

 
Ma’ din l-applikazzjoni ehmeż:
  1. ITTRA TA’ REFERENZA minn editur reġistrat jew kap ta’ organizzazzjoni tal-media (tgħodd għall-membri tal-midja barranija)
  2. Ritratt tal-passaport f’format jpeg, png or gif. Id-daqs massimu għandu jkun: 1Mb. Riżoluzzjoni rakkomandata: 480 x 640 pixels.
NOTA: L-Access Card Temporanja hija għall-użu ta’ attivitajiet tal-Gvern biss. Jekk l-Access Card tinsteraq, tintilef jew ma tkunx f’kundizzjoni li tintuża, tinħareġ kard ġdida wara li timtela l-Formola tat-Tibdil tal-Access Card.​


APPLIKABBLI BISS GĦAL ĊITTADINI TAL-UE U ĊITTADINI TA’ PAJJIŻI TERZI (ĊPT)

Ċittadini mhux Maltin għandhom jtellgħu kopja tal-passaport

Ipproċessa skont l-Att Dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data

DIKJARAZZJONI TA’ DATA PROTETTA – Informazzjoni personali mniżżla fuq l-applikazzjoni tiegħek hi protetta u tinġabar bl-għan waħdieni biex tinżamm u tinħadem għall-ħruġ tal-Access Card. L-informazzjoni personali provduta tiġi proċessata skont il-proviżjonijiet tal-Att Dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001, li kopja tiegħu tinkiseb jekk tintalab. L-ebda informazzjoni mhi se tinħareġ lil entità oħra barra dan id-dipartiment jekk mhux permess bil-liġi. Tista’ tikteb lill-Kontrollur tad-Data ta’ dan id-dipartiment jekk tkun trid taf x’informazzjoni hi miġbura dwarek.

TWISSIJA lill-applikanti – Kull każ ta’ dikjarazzjoni falza, żbaljata jew fatti mistura fuq din il-formola jew dokument ieħor ippreżentat ma’ din l-applikazzjoni, jista’ jwassal għal proċeduri kriminali.