Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

Request-for-Quotations-LANDING

No

Sejħa għal Kwotazzjonijiet

​Id-Dipartiment tal-Informazzjoni jgħarraf li offerti elettroniċi rigward dan l-avviż se jintlaqgħu salġurnata u l-ħin indikati hawn taħt. L-offerti għandhom jintbagħtu online BISS fuq: (http://www.etenders.gov.mt).

​Sad-9.30 a.m. (CET) tal-Ġimgħa, 5 ta' Ġunju, 2020, għal:

Avviż. Nru. 01/2020 (DOI 5/2020). Kuntratt ta' servizzi videografiċi biex ikopri attivitajiet tal-Gvern f'Għawdex.

Id-dokumenti tal-offerta huma mingħajr ħlas.

Id-dokumenti tal-offerti jinkisbu biss mill-Electronic Public Procurement System (www.etenders.gov.mt). Ir-reġistrazzjoni hija meħtieġa sabiex ikun jista' jintuża s-sit elettroniku. Operaturi ekonomiċi Maltin għandu jkollhom l-eID tal-organizzazzjoni tagħhom sabiex ikunu jistgħu jidħlu f'dan is-sit elettroniku. Aktar tagħrif jinkiseb mis-sezzjoni tal-FAQ tal-istess sit.

Il-pubbliku jista' jattendi waqt il-ftuħ u l-iskedar tal-offerti fil-ħinijiet u d-dati msemmija hawn fuq.