Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

Dr-Robert-Abela

No

Dr Robert Abela (2020 - )

PRIME MINISTER OF MALTA (2020 - ) 


Robert Abela pics.jpg

Dr Robert Abela nħatar bħala l-14-il Prim Ministru ta’ Malta fit-13 ta’ Jannar 2020.

Dr Robert Abela twieled f’Tas-Sliema fis-7 ta’ Diċembru 1977. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja tiegħu fis-Sisters’ School, fl-Iskola ta’ San Franġisk, u fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi. Huwa gradwa bħala avukat mill-Università ta’ Malta fl-2002.

Dr Abela ħadem fid-ditta tal-liġi tal-familja, u speċjalizza fil-liġi industrijali u tax-xogħol, u serva bħala rappreżentant legali ta’ entitajiet varji, bħall-Awtorità tal-Ippjanar u l-Air Malta. Huwa kien elett bħala Membru tal-Parlament f’Ġunju 2017, u ġie maħtur bħala konsulent legali tal-Prim Ministru Dr Joseph Muscat.

Dr Abela hu miżżewweġ lil Lydia, née Zerafa, li hi wkoll avukata. Huma għandhom tifla, Giorgia Mae.