Kunsilli Lokali

Il-Gvern Lokali ġie mwaqqaf fl-1993 bl-approvazzjoni tal-Parlament Malti fit-30 ta’ Ġunju 1993, tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali (Kapitolu 363 tal-Liġijiet ta’ Malta). Din il-liġi waqqfet 67 lokalitajiet (aktar tard saru 68). Aktar minn hekk serviet bħala mekkaniżmu biex tirregola l-operat tal-Kunsilli Lokali.

L-Att dwar Kunsilli Lokali ġie mfassal fuq il-European Charter of Local Self-Government​, li l-Gvern Malti kien iffirma u rratifika. Skont dan l-Att, “Il-Kunsill huwa korp statutorju ta’ gvern lokali b’personalità legali bis-setgħa li jagħmel kuntratti, li jħarrek u li jkun imħarrek, u li jagħmel kull ħaġ’oħra u li jidħol f’dawk it-transazzjonijiet li huma inċidentali jew li jwasslu għall-eżerċizzju u għall-qadi tal-funzjonijiet tiegħu skont dan l-Att”.

Illum, Malta għandha 68 Kunsilli Lokali – 54 f’Malta u 14 f’Għawdex. Fil-21 ta’ Diċembru 1999, l-Att dwar Kunsilli Lokali ġie rivedut permezz tal-Att tal-Kunsilli Lokali (Emendi) 1999 [Att Nru. XXI (1999)].

Pass ieħor importanti biex jikkonsolidaw il-Gvern Lokali f’Malta kien meta s-sistema tal-gvern lokali ġiet imnaqqxa fil-Kostituzzjoni ta’ Malta. Infatti, fl-24 ta’April 2001, Att Nru. XIII tal-2001 stabbilixxa li: 

 
“L-Istat għandu jaddotta sistema ta’ gvern lokali li bih t-territorju ta’ Malta jinqasam f’dak l-għadd ta’ lokalitajiet hekk kif jista’ minn żmien għal żmien jiġi stabbilit b’liġi, b’dan li kull lokalità tkun amministrata minn Kunsill Lokali elett mir-residenti tal-lokalità u li jitwaqqaf u jitħaddem skont dik il-liġi li tista’minn żmien għal żmien tkun fis-seħħ.”.
 
 
SIB IL-KUNSILL LOKALI TIEGĦEK

A
   ​Attard


B
   ​Balzan    ​Birgu    ​Birkirkara
   ​Birżebbuġa ​   Bormla


D
   ​Dingli
 

F
   ​Fgura ​   Floriana    Fontana


G
   Gudja    ​Gżira    ​Għajnsielem
   ​Għarb ​   Għargħur    ​Għasri​
   ​Għaxaq
 

H
   ​​Ħamrun


I
   Iklin    ​Isla


K
   ​Kalkara    ​Kerċem    Kirkop


L
   ​Lija ​   Luqa​


M
   ​Marsa    ​Marsaskala    ​Marsaxklokk
   ​Mdina    ​Mellieħa
   Mġarr
   ​Mosta    ​Mqabba ​   Msida
​   Mtarfa    ​Munxar​​


N
   ​Nadur    Naxxar​


P
   ​Paola    ​Pembroke    ​Pietà​


Q
​   Qala    Qormi    ​Qrendi​


R
​   Rabat    Rabat (Gozo)


S
   Safi
   San Ġiljan​​​    San Ġwann
​   San Pawl il-Baħar​ ​   Sannat​
​   Santa Lucia ​   Siġġiewi​
​   Sliema
   ​Swieqi​


T
​   Ta’ Xbiex    Tarxien​​


V


X
   ​Xagħra    Xewkija​​    Xgħajra​​


Z
​   Żabbar​    Żebbuġ    Żebbuġ (Gozo)
​   Żejtun    ​Żurrieq
              

​​​​​​​