Informazzjoni fuq 'RSS'

It-taqsira ‘RSS’ tirreferi għal “Really Simple Syndication.” B’dan il-metodu, il-kontenut li jinteressak f’sit jasallek direttament mingħajr ma toqgħod tfittxu.

L-RSS integrat fil-browser

Tista’ tagħżel li l-browser tiegħek jibqa’ jiċċekkja s-sit b’mod kostanti u jinfurmak bl-aġġornamenti li jkunu jinteressawk. Il-browser jista’ wkoll iniżżillek dan it-tagħrif il-ġdid b’mod awtomatiku. Uħud mill-browsers, bħal Internet Explorer, diġà għandhom l-għażla li biha tintegra l-RSS fihom. Fi browsers oħra, bħal Firefox u Chrome, tkun tista’ tinstalla extension apposta billi issegwi l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt. Tista’ tibda tirċievi l-RSS billi tagħfas il-buttuna tal-RSS fil-browser.

Chrome

Biex tkun tista’ tara l-informazzjoni li hemm fl-RSS bil-Chrome browser, trid iżżid l-RSS Chrome Extension b’dan il-mod:

  • Iftaħ din il-link fil-Chrome browser https://chrome.google.com/webstore/search/rss?hl=en-US
  • Ikteb 'RSS Feed Reader' fil-kaxxa tat-tfittxija (fuq fix-xellug)
  • Agħfas il-buttuna 'Enter'
  • Mir-riżultati tat-tfittxija, agħfas il-buttuna '+ Add to Chrome' li tidher ħdejn 'RSS Feed Reader'

Firefox

Biex tkun tista’ tara l-informazzjoni li hemm fl-RSS bil-Firefox browser, trid iżżid l-RSS Firefox Add-on b’dan il-mod:
  • Iftaħ din il-link fil-Firefox browser https://addons.mozilla.org/en-US/firefox/
  • Ikteb 'Simple RSS Reader' fil-kaxxa tat-tfittxija (fuq fil-lemin)
  • Agħfas il-buttuna 'Enter'
  • Mir-riżultati tat-tfittxija, agħfas il-buttuna '+ Add to Firefox’ li tidher ħdejn 'Simple RSS Reader'

Biex tara l-RSS, ikklikkja hawn.


L-RSS integrat fl-Outlook

Tista’ wkoll tagħżel li tintegra l-RSS fl-Outlook. Ħafna siti joffru s-servizz tal-RSS b’tali mod li meta jiżdied xi artiklu fis-sit tal-preferenza tiegħek, dan jintbagħatlek fil-folder tal-RSS fil-Microsoft Outlook 2013. Għall iktar informazjoni, għafas fuq dan il-link: http://office.microsoft.com/en-001/outlook-help/subscribe-to-an-rss-feed-HA102749404.aspx