Biex iġġedded il-passaport jew f’każ li jintilef jew jinsteraq

​Getting your Passport
Biex iġġedded il-passaport jew f’każ li jintilef jew jinsteraq

Biex iġġedded il-passaport tiegħek f’Malta (Persuni ’l fuq minn 18-il sena)

Il-passaport ta’ persuna adulta jiskadi wara 10 snin. Jekk skadielek il-passaport, trid tapplika għal wieħed ġdid biex tkun tista’ terġa’ tivvjaġġa. Jekk għandek 18-il sena jew aktar, għandek timla l-Formola A​.
Importanti ħafna li d-data tat-twelid tkun preċiża. M’hemmx bżonn il-firma ta’ rakkomandant.

Imbagħad trid teħu l-formola tal-applikazzjoni personalment fl-Uffiċċju tal-Passaporti, flimkien mal-karta tal-identità tiegħek u l-passaport li għandek bħalissa. Hawnhekk jitteħdulek ix-xbieha tal-wiċċ, il-firma u l-marki tas-swaba’ bijometriċi. Mal-applikazzjoni tħallas tariffa u din tista’ tħallasha bi flus kontanti, b’ċekk u b’karta tal-kreditu. Jekk tkun imlejt l-applikazzjoni kif suppost, il-passaport jitlesta wara erbat ijiem tax-xogħol.


Biex iġġedded il-passaport tiegħek f’Malta (Persuni taħt it-18-il sena)

Jekk jogħġbok ara li l-passaport tat-tifel jew tifla tiegħek ma jkunx skada qabel tippjana li tivvjaġġa.

Jekk għandek inqas minn 18-il sena (jew qed tapplika għal passaport f’isem minuri), għandek timla l-
Formola A​. Importanti ħafna li d-data tat-twelid tkun preċiża, u li t-Taqsimiet 7 u 8 jimtlew u jiġu ffirmati minn rakkomandant.

Il-minuri ta’ bejn 16 u 17-il sena jridu jġeddu l-passaport tagħhom kull 10 snin, filwaqt li dawk bejn 10 u 15-il sena jkollhom bżonn passaport ġdid kull ħames snin u t-tfal taħt l-10 snin kull sentejn.

Ħu l-formola tal-applikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Passaporti flimkien mal-karta tal-identità taż-żewġ ġenituri, żewġ ritratti identiċi bil-kulur tat-tifel/tifla tiegħek meħudin reċenti fuq sfond abjad (wieħed minnhom għandu jkun iffirmat mir-rakkomandant) u l-passaport li kellek qabel.

Jekk it-tifel jew tifla tiegħek għandhom 14-il sena jew iktar u għandhom karta tal-identità valida, ma jkunx meħtieġ li ġġib ritratti ffirmati. Tittieħed xbieha tal-wiċċ bijometrika fl-Uffiċċju tal-Passaporti. L-applikanti ’l fuq minn 14-il sena xorta għandhom jieħdu magħhom il-karta tal-identità mal-applikazzjoni. It tfal li jkollhom 12-il sena jew aktar jitteħdulhom ukoll il-marki tas-swaba’ meta japplikaw għall-passaport.

Jekk tkun imlejt l-applikazzjoni kif suppost, normalment il-passaport jitlesta wara erbat ijiem tax-xogħol. Meta tapplika għall-passaport il-ġdid ikun hemm bżonn il-karta tal-identità taż-żewġ ġenituri. Wieħed mill-ġenituri jrid jiġi personalment bil-karta tal-identità tiegħu biex jiġbor il-passaport tat-tifel jew tifla tiegħu. L-applikanti kollha ta’ 12-il sena jew aktar għandhom jiġbru l-passaport huma stess (il-minuri għandhom ukoll ikunu akkumpanjati minn mill-inqas wieħed mill-ġenituri tagħhom).


Biex Tibdel Dettalji fuq il-Passaport Tiegħek

Jekk inbidlu d-dettalji personali tiegħek, jeħtieġ li tapplika għal passaport ġdid. Jekk jogħġbok imxi mal-istruzzjonijiet murija hawn fuq: “Biex iġġedded il-passaport tiegħek”.


Tlift jew serqulek il-passaport f’Malta?

Jekk il-passaport tiegħek insteraq, intilef, tqatta’ jew ġie distrutt, għandek tagħmel rapport fl-eqreb għassa tal-pulizija. Dan ir-rapport tal-pulizija jkollok bżonnu biex tapplika għal passaport ġdid. Barra minn hekk, trid tieħu ġurament jew tagħmel dikjarazzjoni solenni.

Segwi l-istruzzjonijiet li ssib hawn biex tapplika għall-ħruġ ta’ passaport ġdid.


Tlift jew serqulek il-passaport barra minn Malta?

Jekk titlef il-passaport waqt li tkun barra minn Malta, jinsteraqlek jew jiġi distrutt, għandek tagħmel rapport fl-Ambaxxata jew Konsulat Malti f’dak il-pajjiż. L-Ambaxxata tipprovdilek l-għajnuna meħtieġa biex jingħatalek dokument tal-ivvjaġġar flok il-passaport li tkun tlift biex tkun tista’ tirritorna Malta. Għal aktar informazzjoni, ikklikkja
hawn.


ambaxxati u konsli  

Agħfas hawn​ għal lista ta' Rapprezentazzjonijiet ta' Malta f'pajjiżi barranin. Għal lista ta' rappreentanti ta' pajjiżi barranin f'Malta agħfas hawnhekk. ​



Servizzi Oħra  

L-Uffiċċju tal-Passaporti ta’ Malta joffri traduzzjoni tad-dettalji tal-passaport Malti tiegħek għall-Għarbi. Tkun tista’ tiġbor il-passaport tradott wara jumejn tax-xogħol.

 

Contact Information



Contact Name
Passport Office,
Evans Building,
Merchant Street
Valletta VLT 2000
 
Telephone
25904100
 
Passport Office,
St Francis Square,
Victoria, Gozo
 
Telephone
2215 6270 / 2215 6247
 
Email
 
Website
www.passaporti.gov.mt