Is-saħħa tal-ġisem

 

L-attività fiżika mhux biss ittejjiblek saħħtek iżda tgħin wkoll biex tnaqqas ir-riskju li tiżviluppa ċertu mard u kundizzjonijiet bħad-dipressjoni u l-ansjetà. Meta żżomm ġismek f'saħħtu  tgħin ukoll fil-kontroll tal-piż tiegħek u fil-prevenzjoni tal-osteoporożi.

Biex tagħmel l-eżerċizzju ma jfissirx li trid tagħmel xi maratona jew tgħum kilometri twal ta’ kuljum. Anke mixja ta' 20 minuta tliet darbiet fil-ġimgħa tagħmillek ħafna ġid.

Il-benefiċċji ta’ eżerċizzju regolari

Jekk tagħmel l-eżerċizzju regolarment:

           Tnaqqas ir-riskju ta' attakk tal-qalb, tirkupra aħjar minn attakk tal-qalb

           Timmaniġġja l-piż tiegħek aħjar

            Ikollok livelli tal-kolesterol aktar baxxi

           Tbaxxi r-riskju tad-dijabete tat-Tip 2

            Ikollok pressjoni tad-demm aktar baxxa

            Ikollok għadam, muskoli u ġogi aktar b'saħħithom

            Tħossok aħjar u jkollok livelli tal-enerġija aktar għoljin


L-eżerċizzju tedjanti

M'għandux għalfejn ikun hekk. Għaliex ma tippruvax xi lezzjoni divertenti taż-żfin tas-salsa jew forsi xi klassi tal-yoga? Hemm diversi lezzjonijiet li jsiru madwar Malta kollha. Il-kunsilli lokali wkoll qed joffru klassijiet ta’ eżerċizzju fiżiku u ta’ żfin f’xi lokalitajiet.


Jekk għandek piż żejjed


Jekk għandek piż żejjed jew tbati bl-obeżità u tixtieq titlef il-piż, tista' tattendi sessjonijiet tal-immaniġġjar tal-piż li qed jiġu pprovduti bla ħlas mill-Gvern.

L-istess japplika għal sessjonijiet tal-aerobika. Dawn is-sessjonijiet huma pprovduti bla ħlas għal persuni li għandhom BMI ogħla minn 25.

Biex issir taf aktar dwar dawn is-sessjonijiet, ikklikkja hawn.