Kif Tikseb Parir Mediku

 

Tobba tal-Familja

Jekk ma tkunx qed tħossok tajjeb/tajba, jeħtieġ li tara tabib. Tista' tmur għand it-tabib tiegħek jew iżżur spiżerija fejn ikun hemm kliniki tat-tobba. Jekk qed tfittex tabib speċifiku jew tixtieq issib id-dettalji tal-kuntatt ta' tabib partikolari, tista' tniżżel lista ta' tobba minn hawn.

Kliniki u Sptarijiet

F'Malta hemm sptarijiet u kliniki kemm pubbliċi kif ukoll privati.

L-Isptar Mater Dei fl-Imsida huwa sptar ġenerali għal mard serju u għat-tagħlim.  Huwa joffri firxa sħiħa ta’ servizzi ta’ sptar u jipprovdi firxa estensiva ta' servizzi speċjalizzati. Għal aktar informazzjoni dwar l-isptar u għad-dettalji tal-kuntatt ikklikkja hawn.

L-Isptar Karin Grech f'Tal-Pietà huwa sptar tar-riabilitazzjoni. Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni.

L-Isptar Sir Paul Boffa fil-Furjana huwa sptar speċjalizzat għall-onkoloġija, il-kura palljativa u d-dermatoloġija. Għal aktar informazzjoni, ikklikkja hawn.

Ir-Residenza St Vincent de Paul f'Ħal Luqa toffri kura fuq perjodu ta' żmien twil. Tista' ssib aktar informazzjoni hawn.

L-Isptar Monte Karmeli f'Ħ'Attard huwa sptar psikjatriku speċjalizzat. Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni.

L-Isptar Zammit Clapp f'Tas-Sliema huwa sptar residenzjali. Aktar informazzjoni ssibha hawn.

Għawdex hemm Sptar Ġenerali li jinsab ir-Rabat (Victoria). Dan huwa iżgħar minn Mater Dei. Aktar informazzjoni hawn.

L-RNH Mtarfa fl-Imtarfa u l-RNH Bighi fil-Kalkara f'xi żmien ukoll kienu sptarijiet.

Hawn taħt tista’ tara lista ta' sptarijiet privati u kliniki li joperaw bħalissa f'Malta. Ikklikkja fuq l-isem ta' kull sptar għal aktar informazzjoni u għad-dettalji tal-kuntatt.

  L-Isptar DaVinci, f’B'Kara (sptar privat): servizzi offruti: radjoloġija, servizzi tal-laboratorju, kirurġija, mediċina interna, fiżjoterapija, nutrizzjoni u terapija tat-taħdit

Il-Klinika St Anne's, f’B'Kara (klinika privata): servizzi offruti: kliniki tal-out-patients, inklużi servizzi tat-tabib, radjoloġija, spiżerija, dentisti; kirurġija outpatient, ġbir ta’ ċelluli staminali, tneħħija tax-xagħar/laser u klassijiet ta' qabel it-twelid.

L-Isptarijiet St James, Malta, (grupp ta' sptarijiet privati): servizzi offruti: outpatients, screening tas-saħħa, unità tal-fertilità, servizzi dentali u impjantoloġija, servizzi ta' laboratorju mediku, fiżjoterapija, ambulanzi, klinika tal-inkontinenza, PET CT scan, servizzi ta' emerġenza, immaniġġjar tal-uġigħ, unità tal-qalb u l-pulmun, C.I.C.U., unità tal-maternità, unità tad-dijalisi, klinika tal-għajnejn, servizzi kirurġiċi, unità tal-endoskopija, unità tar-radjoloġija, unità tas-sinsla tad-dahar.

 

kura Dentali

Ħafna minna ngħaddu mill-esperjenza tant skonfortevoli u ta’ wġigħ li jġib miegħu l-uġigħ tas-snien. Għalhekk meta tkun muġugħ/a, tkun trid tmur għand id-dentist malajr kemm jista’ jkun.

Hawn għandek lista tad-dentisti kollha f'Malta.


SPIŻERIJI

Tista' ssib lista ta' spiżeriji liċenżjati f'Malta u f'Għawdex hawnhekk.
Agħfas hawn sabiex tkun taf liema spiżeriji se jkunu miftuħa l-Ħdud u fil-Festi Pubbliċi.