Kif tieqaf tpejjep

 
Il-fatt li qed taqra dan jfisser li tixtieq jew qed taħseb biex tieqaf tpejjep. Sewwa tagħmel.

Aktarx taħseb li huwa ferm diffiċli li tieqaf tpejjep waħdek, iżda tinkwetax, hemm l-għajnuna disponibbli. Il-Gvern joffri Quit Line u Servizz Free phone li permezz tagħhom tista' tikseb appoġġ u pariri biex tieqaf tpejjep.

Hemm ukoll Lezzjonijiet ta' Appoġġ għad-Dipendenza fuq it-Tabakk li huma pprovduti bla ħlas f'ċentri tas-saħħa differenti ma' Malta kollha. Dawn jiltaqgħu darba fil-ġimgħa għal sitt ġimgħat konsekuttivi u jinkludu segwitu.

Biex issir taf aktar dwar l-appoġġ disponibbli għall-persuni li jpejpu u li jixtiequ jieqfu kklikkja hawn.