Stil ta' Ħajja Tajjeb għas-Saħħa

Stil ta' Ħajja Tajjeb għas-Saħħa
Żgur smajt il-propoganda kollha: kul il-frott u l-ħaxix, evita ikel li fih il-lamtu, ixrob ħafna ilma, agħmel l-eżerċizzju regolarment. Iżda għaliex jagħmlu din il-pubbliċità kollha? Fil-verità, għaliex huwa importanti li jkollok stil ta' ħajja b'saħħtu u tiekol sew?

L-ewwel nett, meta tkun f'saħħtek tnaqqas ir-riskju ta’ attakk tal-qalb. Din ir-raġuni għandha tkun biżżejjed għalik, iżda li tkun f’saħħtek ifisser ukoll li tħossok aħjar inġenerali, ikollok aktar enerġija u tonqos il-probabbiltà li timrad.

Kont taf li l-piż żejjed u l-obeżità huma l-ħames riskju ewlieni tal-imwiet dinjija? Tal-anqas 2.8 miljun adult imutu kull sena b’riżultat ta’ piż żejjed jew obeżità.

44 fil-mija tal-problemi ta’ dijabete, 23 fil-mija tal-problemi ta’ mard tal-qalb iskemiku u bejn seba' u 41 fil-mija ta' ċerti problemi ta’ kanċer huma attribwiti għal piż żejjed u obeżità. (Sors: L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa).

 

L-aħbar tajba hija li l-ħxuna żejda tista' tiġi evitata.

Huwa essenzjali li tkun aktar attiv/a sabiex tiġġieled l-obeżità u tibqa’ f'saħħtek b’mod ġenerali. Ħeġġeġ lit-tfal tiegħek biex jieħdu sehem f'attivitajiet barra mill-iskola li jinvolvu l-eżerċizzju: fis-sajf morru għumu, ibdew xi sport jew ħudu lezzjonijiet taż-żfin. Ara li l-ħarġiet mal-familja jkunu tajbin għas-saħħa wkoll: għaliex ma torganizzax xi ħarġa ħdejn il-baħar jew f'park? Inkella tista’ wara l-ikel tibda tmur passiġġata mal-familja minflok ma tintefa' quddiem it-televiżjoni. Id-dieta u d-drawwiet tal-ikel huma punt fokali wkoll: elimina l-ikel mimli zokkor u mhux bnin, u evita li tiekol quddiem it-televiżjoni.

Hawn taħt se ssib xi pariri utli dwar x'għandek tiekol u kif ikollok stil ta' ħajja b'saħħtu. Se ssib ukoll gwida utli dwar x'għandek tagħmel jekk ikollok xi problema u tkun teħtieġ tabib jew ambulanza.

Id-Dipartiment tas-Saħħa joffri servizzi ġenerali ta' konsulenza fi grupp u individwali, inklużi fl-oqsma elenkati hawn taħt:

  •  Stil ta' ħajja b'saħħtu
  •  Waqfien mit-tipjip u t-tipjip passiv
  •  Nutrizzjoni u Attività Fiżika
  •  Is-Saħħa tan-Nisa
  •  Saħħa Sesswali inkluż Infezzjonijiet Trażmessi Sesswalment 

Biex tkun taf aktar dwar dawn is-sessjonijiet u tirreġistra, ikklikkja hawn.