Biex Issib Xogħol Barra minn Malta

​EURES
Biex Issib Xogħol Barra minn Malta
Biex Tfittex u Tapplika għal Xogħol Barra minn Malta

Peress li Malta hija Membru tal-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadini Maltin  jistgħu jaħdmu liberament fi Stati Membri oħra tal-UE. Żur
is-sit elettroniku tal-EURES jew is-sit elettroniku EURES Malta biex tfittex jew tapplika għal impjieg f’xi wieħed mill-Istati Membri tal-UE. Il-EURES huwa l-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol fejn tista’ faċilment issib informazzjoni dwar impjiegi u opportunitajiet ta’ tagħlim fi stati Ewropej oħra.


Biex Iġġib Passaport jew Iġġedded il-Passaport tiegħek

Biex tapplika għal passaport jew biex iġġeddu, għandek tmur l-
Uffiċċju tal-Passaporti li jinsab il-Belt Valletta. Jekk tgħix barra minn Malta u inti eliġibbli għal passaport Malti, tista’ takkwista l-Formola ta’ Applikazzjoni A mill-Ambaxxata, il-Kummissjoni Għolja jew il-Konsulat ta’ Malta rilevanti permezz tal-internet.

Ara hawn​ għal iktar informazzjoni. 


Ikkuntattja lir-Rappreżentanza Maltija barra minn Malta

Jekk qed tfittex impjieg barra minn Malta, kellem lir-
rappreżentanza Maltija rilevanti barra minn Malta. Huma jgħinuk torjenta ruħek mal-pajjiż ikkonċernat.