L-Impjiegi l-Aktar Imfittxija

 
Jekk qed tfittex impjieg, l-ewwel punt ta’ referenza tiegħek għandu jkun id-database tal-Jobsplus, fejn tkun tista’ ssib informazzjoni real-time dwar is-suq tax-xogħol. Din l-informazzjoni tkun tista’ tiġi ffiltrata skond it-tip ta’ xogħol (vacancy/skill base).
 
Minn żmien għal żmien, Jobsplus torganizza attivitajiet bħal seminars għal tiftix tax-xogħol, training courses, job fairs / interviews f’uffiċji tal-Jobsplus, jew job interviews ma’ min iħaddem. Jekk int interessat li tattendi, ġentilment mistieden sabiex tirreġistra bħala jobseeker mal-Jobsplus. Ibniprofil online bħala jobseeker sabiex tirċievi suġġerimenti ppersonaliżżati dwar vacancies li jistgħu jkunu ta’ interess għalik.
 
Statistiċi tas-suq tax-xogħol jistgħu wkoll jkunu ta’ interess għalik fit-tfittxija tiegħek għax-xogħol. L-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika tagħmel surveys f’numru ta’ oqsma relatati, u tippublika rapporti li jgħinuk tifhem:
·         In-nies imqabbdin jaħdmu (is-suq tax-xogħol u l-karatteristiċi tiegħu, għarfien u awareness fuq dawk impjegati, il-post tax-xogħol, u l-kundizzjonjiet tax-xogħol);
·         Il-popolazzjoni li qiegħda f’impjieg (u s-setturi li qed joffru impjieg);
·         Dawk li m’humiex impjegati (postijiet tax-xogħol li qed ifittxu persuni li huma  rreġistrati bħala mhux impjegati).
​​​​​​​​​