Se Tiġi Tgħix Malta u Trid Issib Impjieg?

 

Il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol f’Malta

Is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea ġabet magħha żieda fil-mobilità tal-ħaddiema tal-UE. Dan ifisser li l-impjegaturi jistgħu jagħżlu minn fost numru ferm akbar ta’ ħaddiema.

Huwa minnu li jista’ jkun hemm xi ostakli lingwistiċi jew kulturali li jxekklu dan il-proċess, iżda l-EURES, in-netwerk tas-
Servizzi Ewropej tal-Impjiegi, ġiet stabbilita proprju biex tissimplifika dan il-proċess.

Il-EURES jipprovdi wkoll informazzjoni u pariri dwar l-opportunitajiet ta’ impjieg f’pajjiżi Ewropej oħra, kif ukoll informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, kwistjonijiet ta’ saħħa u sigurtà, l-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni, is-saħħa, l-opportunitajiet ta’ taħriġ, it-trasport, il-kultura u l-istil ta’ ħajja ġenerali f’pajjiżi differenti.

Il-konsulenti tal-EURES fi ħdan il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ jagħtuk
informazzjoni dwar ir-riżorsi umani fi ħdan dan in-netwerk.


Permessi tax-Xogħol

Mit-30 ta’ April 2011, iċ-ċittadini taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u l-Isvizzera u l-membri tal-familja tagħhom m’għandhomx bżonn permess tax-xogħol biex jiġu jaħdmu Malta. Dawk iċ-ċittadini li ma jagħmlux parti miż-ŻEE jew mhumiex ċittadini Svizzeri għandhom bżonn
permess tax-xogħol mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ. Dan huwa suġġett għall-bżonnijiet tal-ħaddiema fis-suq partikolari.