Biex tirreġistra għax-Xogħol

​Registering for work
Biex tirreġistra għax-Xogħol

M’għandekx impjieg? Kompli aqra biex tkun taf x’għandek tagħmel.

Biex Tirreġistra

Jekk bħalissa m’għandekx xogħol u qed tfittex impjieg, u jekk inti kapaċi u għandek rieda taħdem, inti tista’ tirreġistra mal-Jobplus. Li tirreġistra jfisser li inti lest/a tieħu l-passi neċessarji biex ittejjeb il-possibilitajiet tiegħek ta’ impjieg, u biex b’mod attiv tfittex impjieg addattat għalik u tidħol għalih. Dawk kollha li jkunu qed ifittxu x-xogħol jiġu offruti servizzi ta’ konsulenza u pariri mill-Jobplus. Il-konsulenti jgħinuk u jiggwidawk biex issib opportunitajiet ta’ xogħol u taħriġ. Jekk għandek aċċess għall-internet, tintbagħatlek notifika awtomatikament malli jitfaċċaw opportunitajiet ta’ xogħol ġodda kemm f’Malta kif ukoll barra. Jiġi wkoll ivverifikat li l-opportunitajiet ta’ xogħol proposti lilek ikunu jikkorrispondu mal-kwalifiki u l-abilitajiet tiegħek. 

Inti tista’ tirreġistra online bħala persuna li qed tfittex impjieg hawn.

Ma’ l-ewwel reġistrazzjoni, inti tkun maħruġ b’karta manjetika bid-dettalji tal-fingerprints tiegħek maħżuna fiha. Din il-karta hija meħtieġa biex tippermettik tirreġistra fil-ħin u l-post stipulat mil-Jobplus. Chit (printout żgħira) tkun maħruġa kull darba li inti tirreġistra u tipprovdi d-dettalji għar-reġistrazzjoni li jmiss, kif ukoll kwalunkwe messaġġi oħra li Jobplus jista’ jkollhom għalik. Huwa importanti ħafna li inti taqra l-messaġġi tac-Chit. Messaġġi dwar ic-Chit jinkludi informazzjoni biex tattendi attivitajiet bħal seminars dwar ix-xogħol, korsijiet ta’ taħriġ, fieri tax-xogħol jew intervisti għal impjieg ma' min iħaddem.

Tista’ ssib aktar dwar kif tirreġistra għax-xogħol hawn jew tirrevedi s-sezzjoni tal-FAQ hawn.


Persuni Żvantaġġjati

Il-Jobplus toffri
servizzi u skemi speċjalizzati lil dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra jkunu f’sitwazzjoni żvantaġġjata. Dawn jinkludu persuni bi storja ta’ abbuż ta’ droga jew sustanzi oħra, persuni li skuntaw xi piena l-ħabs, persuni b’diżabilità fiżika jew intellettwali, persuni li jbatu minn mard mentali, persuni li ilhom ma jaħdmu għal tul ta’ żmien, u persuni bi problemi soċjali oħra.


Benefiċċji tal-Qgħad

Jekk inti bla impjieg, tista’ tkun intitolat/a għall-benefiċċji​.

Meta persuna tkun qed tirreġistrat fil-Parti 1 tar-Reġistru tal-Jobplus, awtomatikament titressaq applikazzjoni għall-Benefiċċji tal-Qgħad. Il-Jobplus tinforma lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u dan jagħmel l-arranġamenti neċessarji li jirrigwardaw il-benefiċċji soċjali u l-bolla. Mhux il-persuni kollha rreġistrati fil-Parti 1 tar-Reġistru huma awtomatikament eliġibbli għall-benefiċċji soċjali. 

Kif tapplika għall-benefiċċji addizzjonali:

   Assistenza Soċjali għal Persuni li jipprovdu Kura
  Benefiċċju Speċjali għal min m'għandux impjieg​​​

Tista' wkoll tidħol fil-websajt Social Policy eServi​ces​​, fejn tkun tista' tara l-informazzjoni personali tiegħek bħal benefiċċji kurrenti, kundizzjonijiet mediċi, dettalji ta' pagament, etc.


Hu Ħsieb Flusek Sew

Jekk inti bla xogħol jew f’qagħda finanzjarja batuta, hemm numru ta’ affarijiet li tista’ tagħmel biex tgħin ruħek f’din is-sitwazzjoni sakemm issib impjieg:

Ibbenefika mid-dħul li inti intitolat/a għalih.  Aċċerta ruħek li qed tirċievi l-
be​nefiċċji​ li inti intitolat/a għalihom.

Ara x’inhuma l-ispejjeż tiegħek u agħtihom il-prijorità ġusta. Jekk għandek il-kera jew ħadt xi self mill-bank, l-ewwel għandek tħallas lilhom, u għandek tħallas ukoll il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Wara dan jiġu l-bżonnijiet ta’ kuljum bħalma huma l-ikel u l-mediċini neċessarji. It-tielet, tista’ tħallas l-ispejjeż relatati mat-trasport. L-ispejjeż l-oħra jiġu wara dawn kollha.

Tużax il-kreditu li jkollok: Agħmel minn kollox biex ma tużax karti tal-kreditu. Ħallas kollox bi flus kontanti.

Żomm il-kredituri pass ’il bogħod: Jekk bħalissa m’intix qed taħdem, x’aktarx se ssibha diffiċli biex tħallas il-kontijiet. Ikkuntattja lill-kredituri kkonċernati u spjegalhom is-sitwazzjoni tiegħek: li bħalissa tinsab bla xogħol, li m’għandekx dħul, u li se tkun tista’ tkompli tħallashom lura malli ssib impjieg. Ipprova itlobhom biex ma jiċċarġjawkx multi u interessi minħabba n-nuqqas ta’ ħlas fil-ħin.

Jeżistu kumpaniji privati li joffru servizzi ta’ konsulenza dwar il-ġestjoni tad-dejn tiegħek. Tista’ wkoll tuża s-servizz
My Money Box provdut mill-MFSA, li jipprovdi wkoll informazzjoni utli dwar kif għandek timmaniġġja flusek. ​​Tista' ukoll tuża l-Budget Calculator li tista' tgħinek tamministra aħjar il-finanzi tiegħek u tqabbel ic-charges.

Il-Benefits Finder hija għodda li jtik sett ta' rakkomandazzjonijiet ta' benefiċċji li inti tista' tkun eliġibbli għas-sitwazzjoni speċifika tiegħek. Aparti dan, il-Benefits Finder itik ukoll parir dwar kif tapplika għall-benefiċċji rakkomandati.​​