Sigurtà Soċjali u Servizzi tas-Saħħa

 

Informazzjoni dwar il-Housing

L-Awtorità tad-Djar toffri firxa wiesgħa ta’ skemi u inizjattivi biex tgħin lil dawk lil dawk l-aktar fil-bżonn. Jekk qed tixtri l-ewwel dar tiegħek, jekk għandek xi diżabilità jew toqgħod f’xi dar tal-gvern, inti tista’ tibbenefika minn dawn l-iskemi. 

Iċċekkja jekk intix eliġibbli għal xi waħda minn dawn l-Iskemi
.


Is-Saħħa

L-għan tal-
Ministeru tas-Saħħa huwa li jipproteġi u jippromwovi s-saħħa tal-poplu Malti. Il-Ministeru jaħdem bis-sħiħ biex jiġġieled it-tixrid tal-mard, u biex jipprovdi protezzjoni minn korrimenti u perikli ambjentali, filwaqt li jippromwovi wkoll stil ta’ ħajja ta’ ġid għas-saħħa. Rwol ieħor li għandu huwa dak li jinforza l-liġijiet u r-regolamenti relatati mas-saħħa pubblika.

Aqra u tgħallem iktar dwar diversi suġġetti relatati mas-saħħa bħalma huma l-prevenzjoni u l-kura tal-kanċer tas-sider, id-dijabete, it-terapija tal-komunikazzjoni verbali, il-kura tal-anzjani, l-akkwist tal-mediċini, il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-UE (European Health Insurance Card) u dwar kif għandek tgħix u tiekol tajjeb.

Tista' iżżur ukoll is-sezzjoni tal-Promozzjoni tas-Saħħa​ għal aktar informazzjoni fuq il-kontroll tas-saħħa tiegħek u kif tista' tgawdi stil ta' ħajja b'aħjar.

Jekk kellek xi korrimenti fuq ix-xogħol tista tikkuntattja d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjiegi​ biex issir taf id-drittijiet tiegħek u dak li int eliġibbli minn min iħaddmek.​ 


Il-Benefiċċji Soċjali f’Malta

Hemm ħafna tipi ta’
benefiċċji soċjali disponibbli, li lkoll jipprovdu għajnuna lil persuni fil-bżonn f’Malta. Dawn jinkludu allowance għat-tfal, liv u benefiċċji tal-maternità, allowance għall-foster care, benefiċċji għal mard u għajnuna medika, kif ukoll pensjonijiet.

Tista’ tilloggja fis-
sit tal-Politika Soċjali biex tara l-kronoloġija tal-impjiegi passati tiegħek, iżżomm rekord mediku tiegħek u tara x’benefiċċji inti intitolat/a għalihom.

Servizzi elettroniċi


X'GĦANDEK TAGĦMEL JEKK INTI TĦOSS LI ĠEJT RIFJUTAT BENEFIĊĊJU INĠUSTAMENT?

Inti tista' tappella kontra d-deċiżjoni tad-Direttur quddiem l-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali. Appelli jistgħu jiġu ppreżentati biss fuq oġġetti partikolari tal-liġi jew prinċipji importanti li joħorġu mid-deċiżjoni tad-Direttur. L-appell għandu jiġi ppreżentat fi żmien 30 jum mill-jum li ġejt mgħarraf bid-deċiżjoni. Jekk jogħġbok ibgħat l-appell tiegħek eletronikament jew bil-miktub fl-indirizz hawn taħt:

Segretarju tal-Arbitru
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
19, Triq Mikiel Anton Vassalli
Valletta CMR 02

L-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali jista; jibdel deċiżjoni jekk hija żbaljata. Huwa ma jistax madankollu jbiddel il-Liġi li fiha d-deċiżjoni tkun ġiet imsejsa jew iħallas aktar flus milli l-Liġi tippermetti.​