L-Avjazzjoni

 

Ir-Reġistrazzjoni ta’ Inġenju tal-Ajru

Biex tirreġistra inġenju tal-ajru f’Malta, trid tapplika għal Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni mad-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili f’Ħal Luqa. Biex tagħmel dan trid tressaq applikazzjoni mimlija u ffirmata, kif ukoll prova tas-sjieda tal-inġenju tal-ajru, id-dettalji dwar kwalunkwe ipoteka fuq l-inġenju tal-ajru u dokumentazzjoni legali oħra.

Ikklikkja hawn għal informazzjoni dettaljata dwar ir-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru tiegħek.


Ir-Reġistru Nazzjonali tal-Inġenji tal-Ajru

Ikklikkja hawn għal-lista tal-inġenji tal-ajru kollha reġistrati f’Malta.


Sib Organizzazzjoni għat-Taħriġ tal-Bdoti

Hemm tliet tipi ta’ skejjel tal-bdoti f’Malta: il-Faċilitajiet Reġistrati, l-Organizzazzjonijiet tat-Taħriġ tal-Bdoti u l-Organizzazzjonijiet tat-Taħriġ ta’ Type Rating.

Il-Faċilitajiet Reġistrati jipprovdu taħriġ għal-Liċenzja ta’ Bdot Privat. B’din il-liċenzja, bdot ikun jista’ jtir għal skopijiet personali mingħajr ma jitħallas ta’ dan.

L-Organizzazzjonijiet tat-Taħriġ tal-Bdoti jipprovdu taħriġ għal-Liċenzja tal-Bdoti Kummerċjali li permezz tagħha d-detentur ikun jista’ jtajjar inġenju tal-ajru bi bdot wieħed jew aktar u jirċievi ħlas, pereżempju jekk ikun jaħdem ma’ xi operatur kummerċjali.

L-Organizzazzjonijiet tat-Taħriġ ta’ Type Rating jipprovdu taħriġ għal inġenji tal-ajru bħall-A320.


Aktar informazzjoni

Għal aktar informazzjoni dwar l-Avjazzjoni f’Malta kklikkja hawn.