Avvenimenti
You may be trying to access this site from a secured browser on the server. Please enable scripts and reload this page.
Turn on more accessible mode
Turn off more accessible mode
Skip Ribbon Commands
Skip to main content
Turn off Animations
Turn on Animations
A
A
A
gov
.
mt
Dħul
Currently selected
Dwar Malta
Valletta - European Capital of Culture 2018
Fittex
Il-Gvern
Dipartiment tal-Informazzjoni
Gazzetta tal-Gvern
Media in Malta
Stqarrijiet
Il-Gvern ta' Malta
il-gvern
Ministeri u Dipartimenti
Parlamenti Maltin
Presidenti ta' Malta
Prim Ministri ta' Malta
Servizzi u Informazzjoni
eForms
It looks like your browser does not have JavaScript enabled. Please turn on JavaScript and try again.
It looks like your browser does not have JavaScript enabled. Please turn on JavaScript and try again.
Mistoqsijiet Komuni Oħra
No
Is-Sewqan f’Malta – Mistoqsijiet Komuni Oħra
Main Content
PERSUNA B’DIŻABILITÀ TISTA’ SSUQ?
Iva, għalkemm jiddependi min-natura u mil-livell ta’ diżabilità. Jistgħu jsiru modifikazzjonijiet speċjali fil-vettura tiegħek. Fil-fatt, il-Ministeru tal-Finanzi jipprovdi għajnuna lill-persuni b’diżabilità li jixtiequ jsuqu l-vettura tagħhom. Minbarra li hemm instructors imħarrġa, jeżistu wkoll skejjel tas-sewqan li għandhom vetturi ssettjati apposta biex jilqgħu għall-bżonnijiet speċjali ta’ sewwieqa li jkollhom xi diżabilità. Għal aktar informazzjoni ikklikkja
hawn
KIF IĠĠEDDIDHA L-LIĊENZJA TAS-SEWQAN?
Tista’ ġġedded il-Liċenzja tas-Sewqan billi timla l-Formola tat-Tiġdid tal-Liċenzja u tibgħatha fl-envelop ipprovdut bil-pustaġġ imħallas lill-Unità tal-Liċenzji għas-Sewwieqa u l-Vetturi fil-Furjana. Tista’ wkoll timla l-formola
onlajn
.
KIF NISTA’ NĠIB LIĊENZJA TAS-SEWQAN INTERNAZZJONALI?
Jekk għandek liċenzja tas-sewqan maħruġa f’Malta jew f’xi Stat Membru ieħor tal-UE, tista’ ssuq fil-pajjiżi kollha tal-UE, sakemm din il-liċenzja tkun valida u sakemm issuq biss dik il-kategorija tas-sewqan li inti awtorizzat/a ssuq.
Madankollu, jekk tixtieq issuq f’xi pajjiż li mhuwiex fl-UE iżda huwa firmatarju tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar it-Traffiku, huwa rakkomandat li tikseb Permess Internazzjonali għas-Sewqan. Dan il-permess huwa validu għal perjodu ta’ sena (1) mid-data ta’ meta jinħareġ. Biex tikseb din il-liċenzja għandek tippreżenta liċenzja valida maħruġa f’Malta jew fi Stat Membru tal-UE.
Tista’ tibgħat l-applikazzjoni tiegħek onlajn billi tikklikkja
hawn
jew timla l-formola tal-applikazzjoni u teħodha fid-Direttorat tat-Trasport fuq l-Art fil-Furjana, u tieħu miegħek ukoll:
il-karta tal-identità tiegħek
żewġ ritratti qies tal-passaport
ċertifikat mediku
Hemm ħlas ta’ € 29.25 biex jinħareġ il-permess internazzjonali għas-sewqan .
KIF NAĠĠORNA L-LIĊENZJA TAS-SEWQAN?
Inti tista’ taġġorna d-dettalji tal-liċenzja tas-sewqan tiegħek matul il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja. Normalment dan isir meta tibdel ir-residenza jew tibdel il-kunjom wara li tiżżewweġ – biex b’hekk id-dettalji jiġu jaqblu ma’ dawk tal-karta tal-identità.
Il-liċenzji jiġu aġġornati wkoll meta s-sewwieq jgħaddi minn xi kategorija oħra tas-sewqan. Għandek tippreżenta ċ-ċertifikat tat-test fid-Direttorat tat-Trasport fuq l-Art, tirritorna l-liċenzja l-antika, tiġi pproċessata waħda ġdida u tintbagħatlek id-dar.
BĦALA PERSUNA ANZJANA, KIF NIKSEB LIĊENZJA TAS-SEWQAN?
Il-proċess biex tikseb Liċenzja tas-Sewqan għall-Persuni Anzjani huwa l-istess bħal dak tal-liċenzja l-oħra; l-unika differenza hija li meta l-applikant jagħlaq 70 sena jkollu bżonn ċertifikat mediku ta’ saħħa fiżika. Dan iċ-ċertifikat huwa meħtieġ kull ħames snin, kif ukoll kull meta meta tiġġedded il-liċenzja.
TLIFT IL-LIĊENZJA - X’GĦANDI NAGĦMEL?
Jekk tlift il-liċenzja tas-sewqan għandek tmur fl-Unità tal-Liċenzji għas-Sewwieqa u l-Vetturi fil-Furjana. Hemmhekk tagħmel dikjarazzjoni li tlift il-liċenzja u tinħariġlek oħra bi ħlas ta’
€25.65.
IL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN TIEGĦI ĠIET SOSPIŻA/SKWALIFIKATA - X’GĦANDI NAGĦMEL?
Jekk il-liċenzja tas-sewqan tiegħek ġiet sospiża jew skwalifikata, dan ifisser li ħarġet ordni tal-qorti li tissospendik jew tiskwalifikak mis-sewqan. Dan normalment isir għal perjodu speċifiku u jvarja minn każ għall-ieħor. F’kull każ, meta persuna tirċievi l-ordni tal-qorti, hija għandha tirritorna l-kontroparti tal-liċenzja tas-sewqan u l-karta tas-sewqan tagħha lill-Awtorità.
Wara dan il-perjodu ta’ skwalifika (ovvjament sakemm ma jkunx għal dejjem), il-persuna kkonċernata tingħata lura l-liċenzja billi tippreżenta s-sentenza tal-Qorti.
IL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN TIEGĦI ĠIET REVOKATA - X’GĦANDI NAGĦMEL?
Jekk il-liċenzja tas-sewqan tiegħek ġiet revokata, dan ifisser li fil-perjodu ta’ prova kkommettejt għadd ta’ kontravenzjonijiet li swewlek 12-il punt ta’ penali jew aktar. F’dan il-każ, il-liċenzja tas-sewqan tiegħek u l-kontroparti tagħha għandhom jiġu rritornati lill-Awtorità u tinħareġ kontroparti aġġornata dwar il-liċenzja tas-sewqan irrevokata, aġġornata bil-punti kollha li tkun tellajt. Il-ħlas għal dan is-servizz huwa €6.
Ikun jeħtieġlek tibda l-proċess kollu mill-bidu biex terġa’ tikseb liċenzja tas-sewqan. Dan il-proċess ma jistax jibda qabel tliet (3) xhur mid-data tar-revoka.
X’GĦANDI NAGĦMEL BIEX INNEĦĦI L-LIĊENZJA TAS-SEWQAN TIEGĦI?
Jekk ma tixtieqx tibqa’ ssuq, tista’ tirritorna l-kontroparti tal-liċenzja tas-sewqan u l-karta tas-sewqan tiegħek lid-Direttorat tat-Trasport fuq l-Art flimkien ma’ ittra fejn tiddikjara li ma tixtieqx tibqa’ ssuq. L-Awtorità tieħu nota ta’ dan, u inti ma tirċevix aktar avviżi b’rabta ma’ din il-liċenzja.
other resources
Transport Malta
Użu ta' Vettura
Licenzji tas-sewqan
Motor Vehicle Registration
Vehicle Licenses Online