No

Kif Tikseb Parir Mediku

​​​​
TOBBA TAL-FAMILJA

Jekk ma tkunx qed tħossok tajjeb/tajba, jeħtieġ li tara tabib. Tista' tmur għand it-tabib tiegħek jew iżżur spiżerija fejn ikun hemm kliniki tat-tobba. Jekk qed tfittex tabib speċifiku jew tixtieq issib id-dettalji tal-kuntatt ta' tabib partikolari, tista' tniżżel lista ta' tobba minn hawn.​​


KLINIKI U SPTARIJIET

F'Malta hemm sptarijiet u kliniki kemm pubbliċi kif ukoll privati.

L-Isptar Mater Dei fl-Imsida huwa sptar ġenerali għal mard serju u għat-tagħlim.  Huwa joffri firxa sħiħa ta’ servizzi ta’ sptar u jipprovdi firxa estensiva ta' servizzi speċjalizzati. Għal aktar informazzjoni dwar l-isptar u għad-dettalji tal-kuntatt ikklikkja hawn.

L-Isptar Karin Grech f'Tal-Pietà huwa sptar tar-riabilitazzjoni. Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni.

Iċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo  huwa sptar speċjalizzat għall-onkoloġija. L-isptar joffri kemm servizzi fl-isptar u outpatient. Għal aktar informazzjoni, ikklikkja hawn​
​​
Ir-Residenza St Vincent de Paul f'Ħal Luqa toffri kura fuq perjodu ta' żmien twil. Tista' ssib aktar informazzjoni h​a​​wn​.

L-Isptar Monte Karmeli f'Ħ'Attard huwa sptar psikjatriku speċjalizzat. Ikklikkja ha​​wn għal aktar informazzjoni.

Għawdex hemm Sptar Ġenerali li jinsab ir-Rabat (Victoria). Dan huwa iżgħar minn Mater Dei. Aktar informazzjoni hawn.

L-RNH Mtarfa fl-Imtarfa u l-RNH Bighi fil-Kalkara f'xi żmien ukoll kienu sptarijiet.