Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

Biex tfittex u tapplika ghal impjieg f malta

No

Biex Tfittex u Tapplika għal Impjieg f’Malta


IRREĠISTRA MAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-IMPJIEGI

Il-Jobsplus, l-entità responsabbli mis-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi, tgħinek mhux biss biex tfittex impjieg iżda anke biex timxi ’l quddiem fil-karriera tiegħek. Il-Jobsplus taġixxi bħala intermedjarju bejn il-kumpaniji li jkunu qed ifittxu nies ġodda u l-persuni li jkunu qed ifittxu impjieg. Ladarba rreġistrajt mal-Jobsplus, inti tiġi infurmat/a b’opportunitajiet tax-xogħol li jgħoddu għalik. 

Tista’ tirreġistra wkoll fis-sit onlajn tal-Jobsplus. Hawnhekk, fost affarijiet oħra, inti tkun tista’ toħloq il-profil tiegħek, ittella’ s-CV, tara l-postijiet tax-xogħol vakanti suġġeriti lilek, kif ukoll tniżżel il-preferenzi tiegħek.

Ikklikkja 
hawn biex tara s-servizzi li l-Jobsplus toffri lil dawk li jkunu qed ifittxu impjieg jew jixtiequ jibdlu dak li għandhom.


IRREĠISTRA MA’ AĠENZIJI TAL-IMPJIEG PRIVATI

Minbarra s-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi, inti tista’ tfittex xogħol permezz tas-servizzi offruti mill-aġenziji privati tal-impjiegi. Dawn joffrulek l-opportunità li ssib xogħol f’diversi setturi f’Malta u Għawdex.


POSTIJIET TAX-XOGĦOL VAKANTI

Ikklikkja 
hawn biex tidħol fis-sit elettroniku tal-Jobsplus u tara lista ta’ opportunitajiet ta’ xogħol kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.


ATTIVITAJIET

Il-Jobsplus ta’ sikwit tipprovdi workshops, laqgħat ta’ informazzjoni, taħditiet u open days biex jiggwidawk u jgħinuk issib l-aħjar xogħol għalik. 



IKKUNTATTJA L-JOBSPLUS

Il-konsulenti tal-Jobsplus jagħtuk pariri siewja dwar il-karrieri u l-impjiegi. Huma jidentifikaw il-kapaċitajiet jew talenti tiegħek, dak li inti tinqala’ partikolarment għalih jew dak li inti l-aktar imħarreġ jew kwalifikat fih. B’hekk huma jkunu jistgħu joffrulek l-aħjar prospetti ta’ karriera. Tista’ tikkuntattja konsulent tal-Jobsplus billi tidħol fis-sit tal-internet jew inkella żżur wieħed mid-diversi ċentri tal-Jobsplus mifruxin madwar Malta u Għawdex.

Titlifx żmien. Ikkuntattja l-Jobsplus issa
.


TAĦRIĠ/APPRENTISTAT

Inti għandek tipprova tiżviluppa l-ħiliet tiegħek bl-għan li żżid iċ-ċansijiet li ssib xogħol jew li tavvanza fil-karriera. Dan tista’ tagħmlu permezz ta’ skemi ta' work exposure 
programmi ta’ taħriġ imfassla apposta għall-ħtiġiet tal-individwi. Tista’ tirċievi wkoll taħriġ fuq il-post tax-xogħol jew f’ċentri apposta permezz tal-iskemi ta’ taħriġ organizzati b’kollaborazzjoni ma’ diversi kumpaniji f’Malta u Għawdex.


YOUTH GUARANTEE SCHEME


Il-Youth Guarantee Scheme  hija ddisinjata sabiex iżżid l-employability taż-żgħażagħ u tiffaċilita l-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol.  Din l-iskema tipprovdi informazzjoni relatata ma’ tiftix għal xogħol, career tools, pariri, programmi ta’ taħriġ, kif ukoll konsultazzjonijiet onlajn fuq bażi one-to-one mal-psikologu.

 

AĦDEM FIS-SETTUR PUBBLIKU

Tixtieq taħdem mal-Gvern? Ikklikkja 
hawn għal informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ xogħol offruti mid-diversi entitajiet governattivi f’Malta.​​​