Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

L-Impjiegi l-Aktar Imfittxija

No

L-Impjiegi l-Aktar Imfittxija


    Jekk qed tfittex impjieg, l-ewwel punt ta’ referenza tiegħek għandu jkun id-database tal-Jobsplus, fejn tkun tista’ ssib informazzjoni real-time dwar is-suq tax-xogħol. Din l-informazzjoni tkun tista’ tiġi ffiltrata skont it-tip ta’ xogħol (vacancy/skill base).
 
    Minn żmien għal żmien, Jobsplus torganizza attivitajiet bħal seminars għal tiftix tax-xogħol, training courses, job fairs/interviews f’uffiċji tal-Jobsplus, jew job interviews ma’ min iħaddem. Jekk int interessat li tattendi, ġentilment mistieden sabiex tirreġistra bħala jobseeker mal-Jobsplus. Ibni profil onlajn bħala jobseeker sabiex tirċievi suġġerimenti ppersonalizzati dwar vakanzi li jistgħu jkunu ta’ interess għalik.
 
     Statistiċi tas-suq tax-xogħol jistgħu wkoll ikunu ta’ interess għalik fit-tfittxija tiegħek għax-xogħol. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jagħmel surveys f’numru ta’ oqsma relatati, u jippublika rapporti li jgħinuk tifhem:

·     In-nies imqabbdin jaħdmu (is-suq tax-xogħol u l-karatteristiċi tiegħu, għarfien u awareness fuq dawk impjegati, il-post tax-xogħol, u l-kundizzjonjiet tax-xogħol);

·      Il-popolazzjoni li qiegħda f’impjieg (u s-setturi li qed joffru impjieg);

·     Dawk li mhumiex impjegati (postijiet tax-xogħol li qed ifittxu persuni li huma  rreġistrati bħala mhux impjegati).​