Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

Se Tiġi Tgħix Malta u Trid Issib Impjieg

No

Se Tiġi Tgħix Malta u Trid Issib Impjieg?


 

IL-KUNDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL F’MALTA

Is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea ġabet magħha żieda fil-mobilità tal-ħaddiema tal-UE. Dan ifisser li l-impjegaturi jistgħu jagħżlu minn fost numru ferm akbar ta’ ħaddiema.

Huwa minnu li jista’ jkun hemm xi ostakli lingwistiċi jew kulturali li jxekklu dan il-proċess, iżda l-EURES, in-netwerk tas-
Servizzi Ewropej tal-Impjiegi, ġiet stabbilita proprju biex tissimplifika dan il-proċess.

Il-EURES tipprovdi wkoll informazzjoni u pariri dwar l-opportunitajiet ta’ impjieg f’pajjiżi Ewropej oħra, kif ukoll informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, kwistjonijiet ta’ saħħa u sigurtà, l-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni, is-saħħa, l-opportunitajiet ta’ taħriġ, it-trasport, il-kultura u l-istil ta’ ħajja ġenerali f’pajjiżi differenti.

Il-konsulenti tal-EURES fi ħdan il-Jobsplus jagħtuk 
informazzjoni dwar ir-riżorsi umani fi ħdan dan in-netwerk.


PERMESSI TAX-XOGĦOL

Mit-30 ta’ April 2011, iċ-ċittadini taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u l-Iżvizzera u l-membri tal-familja tagħhom m’għandhomx bżonn permess tax-xogħol biex jiġu jaħdmu Malta. Dawk iċ-ċittadini li ma jagħmlux parti miż-ŻEE jew mhumiex ċittadini Żvizzeri għandhom bżonn 
permess tax-xogħol mill-websajt tal-Jobsplus. Dan huwa suġġett għall-bżonnijiet tal-ħaddiema fis-suq partikolari.