Avvenimenti
You may be trying to access this site from a secured browser on the server. Please enable scripts and reload this page.
Turn on more accessible mode
Turn off more accessible mode
Skip Ribbon Commands
Skip to main content
Turn off Animations
Turn on Animations
A
A
A
gov
.
mt
Dħul
Currently selected
Dwar Malta
Valletta - European Capital of Culture 2018
Fittex
Il-Gvern
Dipartiment tal-Informazzjoni
Gazzetta tal-Gvern
Media in Malta
Stqarrijiet
Il-Gvern ta' Malta
il-gvern
Ministeri u Dipartimenti
Parlamenti Maltin
Presidenti ta' Malta
Prim Ministri ta' Malta
Servizzi u Informazzjoni
eForms
It looks like your browser does not have JavaScript enabled. Please turn on JavaScript and try again.
It looks like your browser does not have JavaScript enabled. Please turn on JavaScript and try again.
Sigurta Socjali u Servizzi tas Sahha
No
Sigurtà Soċjali u Servizzi tas-Saħħa
Main Content
INFORMAZZJONI DWAR IL-HOUSING
L-Awtorità tad-Djar toffri firxa wiesgħa ta’ skemi u inizjattivi biex tgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn. Jekk qed tixtri l-ewwel dar tiegħek, jekk għandek xi diżabbiltà jew toqgħod f’xi dar tal-Gvern, inti tista’ tibbenefika minn dawn l-iskemi.
Iċċekkja jekk intix eliġibbli għal xi waħda minn dawn l-Iskemi
.
IS-SAĦĦA
L-għan tal-
Ministeru tas-Saħħa
huwa li jipproteġi u jippromwovi s-saħħa tal-poplu Malti. Il-Ministeru jaħdem bis-sħiħ biex jiġġieled it-tixrid tal-mard, u biex jipprovdi protezzjoni minn korrimenti u perikli ambjentali, filwaqt li jippromwovi wkoll stil ta’ ħajja ta’ ġid għas-saħħa. Rwol ieħor li għandu huwa dak li jinforza l-liġijiet u r-regolamenti relatati mas-saħħa pubblika.
Aqra u tgħallem iktar dwar diversi suġġetti relatati mas-saħħa bħalma huma l-prevenzjoni u l-kura tal-kanċer tas-sider
,
id-dijabete
,
it-terapija tal-komunikazzjoni verbali
,
il-kura tal-anzjani
,
l-akkwist tal-mediċini
,
il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-UE (
European Health Insurance
C
ard
)
u dwar kif għandek tgħix u tiekol tajjeb
.
Tista' żżur ukoll
is-sezzjoni tal-Promozzjoni tas-Saħħa
għal aktar informazzjoni fuq il-kontroll tas-saħħa tiegħek u kif tista' tgawdi stil ta' ħajja aħjar.
Jekk kellek xi korrimenti fuq ix-xogħol tista' tikkuntattja d-
Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjiegi
biex issir taf id-drittijiet tiegħek u dak li int eliġibbli minn min iħaddmek.
IL-BENEFIĊĊJI SOĊJALI F’MALTA
Hemm ħafna tipi ta’
benefiċċji soċjali
disponibbli, li lkoll jipprovdu għajnuna lil persuni fil-bżonn f’Malta. Dawn jinkludu allowance għat-tfal, leave u benefiċċji tal-maternità, allowance għall-foster care, benefiċċji għal mard u għajnuna medika, kif ukoll
pensjonijiet
.
Tista’ tilloggja fis-
sit tal-Politika Soċjali
biex tara l-kronoloġija tal-impjiegi passati tiegħek, iżżomm rekord mediku tiegħek u tara x’benefiċċji inti intitolat/a għalihom.
Servizzi elettroniċi
X'GĦANDEK TAGĦMEL JEKK INTI TĦOSS LI ĠEJT RIFJUTAT BENEFIĊĊJU INĠUSTAMENT?
Inti tista' tappella kontra d-deċiżjoni tad-Direttur quddiem l-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali. Appelli jistgħu jiġu ppreżentati biss fuq oġġetti partikolari tal-liġi jew prinċipji importanti li joħorġu mid-deċiżjoni tad-Direttur. L-appell għandu jiġi ppreżentat fi żmien 30 jum mill-jum li ġejt mgħarraf bid-deċiżjoni. Jekk jogħġbok ibgħat l-appell tiegħek
elettronikament
jew bil-miktub fl-indirizz hawn taħt:
Segretarju tal-Arbitru
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
19, Triq Mikiel Anton Vassalli
Il-Belt Valletta CMR 02
L-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali jista' jibdel deċiżjoni jekk hija żbaljata. Huwa ma jistax madankollu jbiddel il-Liġi li fiha d-deċiżjoni tkun ġiet imsejsa jew iħallas aktar flus milli l-Liġi tippermetti.
riżorsi oħrajn
Jobsplus
Youth Employment Portal
European Job Mobility Portal (EURES)
Public Administration Recruitment
Social Policy
Housing Authority
eHealth
Malta Enterprise
Business First